Mogħdija tan-navigazzjoni

Aħbar tajba għal min jibgħat SMSs bir-roaming - 22/04/2009

L-użu tal-mowbajls se jerġa' jorħos għal għexrien ta' miljuni ta' nies li jaqsmu l-fruntieri tal-UE kuljum.

Il-fassala tal-liġi tal-UE ivvutaw favur ir-roħs fil-prezz li l-kumpaniji tat-telekomunikazzjoni jitolbu għat-telefonati li tagħmel jew tirċievi bil-mowbajl tiegħek waqt li tkun f'pajjiż ieħor - magħruf aktar bħala roaming. Limiti simili se jiġu introdotti għall-SMSs u s-servizzi tal-informazzjoni. Dawn se jkomplu jorħsu matul it-tlett snin li ġejjin.

Sewwasew it-tibsil se jseħħ qabel ma jibdew il-vaganzi tas-sajf. Dan se jirrappreżenta rebħa oħra għall-konsumaturi Ewropej li bis-saħħa tal-limiti attwali fuq is-sejħiet telefoniċi, diġà jħallsu 60% inqas għall-konversazzjonijiet bil-mowbajl waqt li jivvjaġġaw fl-UE.

Minn Lulju, SMS fl-UE permezz tar-roaming se jiswielek mhux aktar minn 11-il ċenteżmu. Attwalment, il-prezz huwa madwar 29 ċenteżmu (ferm aktar minn SMS normali jiġifieri mingħajr roaming). Meta tirċievi SMS f'pajjiż ieħor tal-UE se jibqa' mingħajr ħlas.

Il-prezz massimu għal telefonata bil-mowbajl se jorħos ukoll minn 46 ċenteżmu għal 43 ċenteżmu-il minuta. Il-prezz se jorħos f'Lulju 2010 minn 39 ċenteżmu u fl-2011 jonqos għal 35 ċenteżmu. Dan ifisser li tiffranka total ta' 11-il ċenteżmu. Min juża l-mowbajls se jibbenefika wkoll minn trażżin fil-prezzijiet tat-telefonati li jaslulu meta jkun barra minn pajjiżu. Il-limitu tal-prezz se jonqos minn 22 ċenteżmu għal 11-ċenteżmu matul it-tlett snin.

Il-prezzijiet kollha jeskludu l-VAT.

Il-ħlas għal servizzi oħra tar-roaming, bħal per eżempju l-prezz biex tibgħat email jew ritratt jew tuża l-internet se jkunu limitati għal-livell tal-operaturi. Dan ifisser li l-limiti se japplikaw għar-rati li operatur jimponi fuq ieħor

Barra minn hekk, ir-regoli l-ġodda għandhom l-għan li jtemmu s-sorpriżi koroh li l-konsumaturi tat-telefonija bir-roaming ikollhom jiffaċċjaw meta jaslilhom il-kont tal-użu tal-internet permezz tal-mowbajl. Il-konsumaturi se jkunu jistgħu jagħżlu 'tab' massimu ta' kull xahar mingħajr ħlas (€50 awtomatikament). Il-fornitur se jkollu javża l-konsumaturi tiegħu meta joqorbu lejn il-limitu. Fl-2007, fl-UE seħħew l-ewwel telefonati limitati bil-mowbajl bejn il-fruntieri English wara li skoprew li kienu erba' darbiet aktar għoljin mit-telefonati nazzjonali u li l-prezzijiet varjaw b'mod estensiv minn pajjiż għall-ieħor.

 

Ir-Roaming għall-informazzjoni u SMSs fl-Ewropa English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli