Mogħdija tan-navigazzjoni

Is-sigurtà tal-prodotti - l-ebda kompromess - 20/04/2009

L-UE tipproteġi lill-konsumaturi permezz ta' sistema ta' twissija għal prodotti perikolużi.

Aħna lkoll konsumaturi. Kull darba li nidħlu f'ħanut biex nixtru xi ħaġa jew nilloggjaw fuq l-internet biex nordnaw xi oġġett, il-leġiżlazzjoni tal-UE tassigura li l-prodotti offruti jkunu siguri u maħduma taħt kondizzjonijiet ġusti.

Biex tassigura s-sigurtà tal-prodotti, il-Kummissjoni tmexxi sistema ta' twissija bikrija (RAPEX) English għall-prodotti kollha li huma perikolużi għall-konsum, bl-eċċezzjoni tal-ikel u l-apparat farmaċewtiku u mediku. Jekk prodott jitqies bħala wieħed perikoluż, minnufih ir-RAPEX tiċċirkola tagħrif lit-30 pajjiż parteċipant sabiex id-distribuzzjoni tkun tista' titwaqqaf jew tiġi limitata.

Meta mqabbel mal-2007, in-numru ta' prodotti perikolużi mneħħija mis-suq żdied b'16% fl-2008. Ġugarelli, apparat elettroniku u vetturi li jaħdmu bil-mutur flimkien ammontaw għal iktar min-nofs ta' dawk l-oġġetti.

Il-persentaġġ tal-prodotti potenzjalment perikolużi li joriġinaw miċ-Ċina żdiedu minn 52% għal 59%. Din iż-żieda fl-importazzjonijiet miċ-Ċina seħħet minħabba kooperazzjoni mtejba bejn l-UE u ċ-Ċina fuq is-sigurtà tal-prodotti u viġilanza għolja fil-pajjiżi tal-UE fir-rigward ta' prodotti Ċiniżi.

L-ikbar sfida għar-RAPEX fl-2009 se tkun biex tassigura li l-pajjiżi tal-UE jkomplu jinvestu fid-drittijiet tal-konsumatur f'perjodu fejn hemm nuqqas ta' flus minħabba l-kriżi ekonomika.

Minkejja dan, aktar u aktar nies qed jixtru onlajn. Bejn l-2006 u l-2008 il-persentaġġ tax-xerrejja li jixtru mill-inqas oġġett wieħed minn fuq l-internet żdied minn 27% għal 33%. Iżda l-kwistjonijiet lingwistiċi, prattiċi u ta' fiduċja jfisser li ħafna qed jixtru minn kumpaniji bbażati fil-pajjiż ta' residenza tagħhom. Attwalment, 7% biss tal-konsumaturi onlajn jixtru minn kumpaniji barra minn pajjiżhom.

Biex jiġu eżaminati dawn il-kwistjonijiet fl-era tal-internet, riċentament il-Kummissjoni organizzat samit dwar il-konsumaturi English li ffoka fuq il-fiduċja fis-suq diġitali. Fuq l-aġenda tniżżel it-tibdil meħtieġ biex jiżdied il-kummerċ trankonfinali: iktar fiduċja tal-konsumatur fil-pagamenti onlajn u l-kunsinna, kif jiġu trattati l-ilmenti, il-garanziji tal-prodotti, kwistjonijiet ta' privatezza u għajnuna ta' wara l-bejgħ.

Aktar dwar il-kwistjonijiet tal-konsumatur

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli