Mogħdija tan-navigazzjoni

Tinjorax il-fatt li tista' tieħu ħsieb saħħtek minn età żgħira - 16/04/2009

Il-kampanja "Kun b'saħħtek - kun int innifsek" tħeġġeġ liż-żgħażagħ isiru aktar proattivi fil-ħarsien ta' saħħithom.

Huwa rari li ż-żgħażagħ jagħtu importanza lis-saħħa. Avolja xi problemi tas-saħħa, dawk relatati mal-obeżità, l-alkoħol, it-tabakk u d-drogi, ta' spiss jitfaċċjaw f'età zgħira.

L-istil tal-għajxien jiġi determinat matul it-tfulija u ż-żgħożija. B'mod ġenerali jekk tidra ssegwi drawwiet tajbin minn età żgħira, dan jista' jwassal għal stil ta' għajxien aktar b'saħħtu u tista' tipprevjeni mard aktar tard fil-ħajja.

Il-Kummissjoni hi konxja ta' dan u b'hekk se tniedi inizjattiva dwar is-saħħa taż-żgħażagħ English fejn tħeġġiġhom jaffaċċjaw kwistjonijiet li jinvolvuhom u biex jieħdu sehem f'attivitajiet biex itejbu saħħithom.

Il-parteċipanti jistgħu jaqsmu l-esperjenzi u l-opinjonijiet tagħhom dwar il-kwistjonijiet relatati mas-saħħa fi blog English . It-temi għad-diskussjoni jinkludu attivitajiet sportivi fl-iskejjel, is-sess u l-edukazzjoni dwar in-nutrizzjoni kif ukoll kwistjonijiet dwar is-saħħa lokali. 'Blogger' mill-Portugall jitkellem dwar l-istress ikkawżat mit-tiftix għal impjieg fiss, filwaqt li 'blogger' mir-Renju Unit jippromwovi r-ritorn tal-isports tradizzjonali fl-iskejjel.

Kompetizzjoni English tistieden liż-żgħażagħ biex joħolqu tpinġija, powster, ritratt jew filmat dwar temi differenti li jvarjaw mill-obeżità sal-evitar ta' riskji żejda matul il-ħajja ta' kuljum.

L-aqwa bloggers u r-rebbieħa tal-kompetizzjoni se jiġu mistiedna fi Brussell fid-9 u l-10 ta' Lulju biex jippreżentaw l-ideat tagħhom waqt konferenza tal-UE dwar iż-żgħażagħ u s-saħħa. Iż-żgħażagħ minn madwar l-Ewropa jingħaqdu flimkien mar-rappreżentanti taż-żgħażagħ u professjonisti tas-saħħa.

Il-kwistjonijiet tas-saħħa li l-aktar jaffettwaw liż-żgħażagħ huma minħabba l-istil tal-għajxien jew abbużi mis-sustanzi. Iċ-ċentri Ewropej għall-monitoraġġ tad-drogi jikkalkulaw li 4% tal-imwiet fost iż-żgħażagħ fl-UE huma kkawżati minn overdose tad-droga. F'xi pajjiżi din il-figura tilħaq l-10%.

Is-saħħa hija affettwata wkoll mill-faqar, aċċess żbilanċjat għall-kura tas-saħħa u l-kundizzjonijiet li jgħixu fihom iż-żgħażagħ, l-istudju u x-xogħol. Il-ħaddiema żgħażagħ huma 50% aktar fiċ-ċans li jkollhom inċident serju fuq il-post tax-xogħol mill-kollegi tagħhom li għandhom minn 40 sena 'il fuq.

L-UE qed tipprova tindirizza dawn il-kwistjonijiet. Din nediet kampanja kontra t-tipjip u inkludiet miżuri fil-politika tal-edukazzjoni u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol biex jipproteġu lis-saħħa taż-żgħażagħ.

Aktar dwar l-UE u s-saħħa taż-żgħażagħ

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli