Mogħdija tan-navigazzjoni

Nadattaw għal klima li qed tinbidel - 01/04/2009

L-ippjanar għandu jnaqqas l-impatt tat-tibdil fil-klima fuq is-saħħa, il-provvisti tal-enerġija, is-sistemi tat-trasport, il-biedja u t-turiżmu.

Fl-2007, grupp internazzjonali ta' xjenzjati Englishespañolfrançais ppubblika l-aktar taqsira dettaljata tat-tibdil fil-klima s'issa, u wissa kontra n-nixfa, it-tnaqqis fil-produzzjoni tal-ikel, l-erożjoni tax-xtut, l-għargħar u iktar.

Iżda riċerka riċenti tissuġġerixxi li l-effeti tat-tibdil fil-klima se jkunu agħar u se jolqtuni iktar kmieni mill-ħasbu. Diżastri relatati mat-temp bħan-nixfa u l-għargħar se jsiru iktar komuni, filwaqt li l-uċuħ tar-raba' mhux se jirnexxielhom ikomplu jikbru fejn dejjem kibru tradizzjonalment. Filwaqt li l-pajjiżi li qed jiżviluppaw jaf jintlaqtu l-agħar, l-Ewropa mhix se teħlisha ħafif.

Il-Kummissjoni qed tipproponi li l-pajjiżi membri tal-UE jibdew jaħsbu dwar kif jadattaw ruħhom għat-tibdil fil-klima. Waqt li l-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali se jkollhom ibidlu l-infrastrutturi tagħhom, ir-rwol tal-UE se jkun li tiżgura li l-pajjiżi, in-negozji u l-komunitajiet jaħdmu flimkien biex jiksbu l-aqwa riżultati possibbli.

"Jeħtiġilna nkomplu naħdmu bla serħan biex innaqqsu l-emissjonijiet tal-karbonju, imma jeħtiġilna wkoll nadattaw għar-realtà tat-tibdil fil-klima. Mhemmx dubju li minkejja dak li ksibna, parti mit-tibdil fil-klima hu inevitabbli u irreversibbli", qal il-Kummissarju għall-ambjent tal-UE, Stavros Dimas.

Jekk irridu nadattaw għal klima differenti, irid ikollna idea iktar ċara ta' dak li għandna nistennew. Il-proposta tal-Kummissjoni English tirrakkomanda studji biex it-tibdil fil-klima jinftiehem aħjar. Tappella wkoll għal strateġiji biex ir-riżorsi jiġu ġestiti aħjar, evalwazzjoni tal-ispejjeż u l-benefiċċji għall-adattazzjoni tat-tibdil fil-klima u għodod affidabbli biex jiġi eżaminat kif il-klima li qed jinbidel taffettwa s-saħħa.

Il-proposta ssemmi wkoll pjanijiet biex jiġi stabbilit "mekkaniżmu ta' skambju" sal-2011 - database kbira għall-iskambju tal-informazzjoni dwar ir-riskji u l-impatti tat-tibdil fil-klima u l-modi l-iktar effettivi biex jiġi indirizzat.

 

Azzjoni dwar il-Klima - l-UE kontra t-tibdil fil-klima DeutschEnglishespañolfrançaisitalianopolski

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli