Mogħdija tan-navigazzjoni

Irtirar ta' vapuri raċanċ kollha sadid u li qed jaqgħu biċċiet - 11/03/2009

© EC

Vapuri li jippreżentaw riskji jistgħu jiġu blacklisted taħt il-pakkett tas-sigurtà marittima approvat mill-Parlament Ewropew.

Il-pakkett Erika III English li ismu nsilet mill-isem tat-tanker taż-żejt li għereq fi Franza fl-1999, jistabbilixxi regoli għall-ispezzjoni tal-vapuri, jirrispondi għall-emerġenzi u jinvestiga l-inċidenti. Jinkludi miżuri dwar ir-responsabbiltà ċivili u d-dmirijiet tal-pajjiżi biex jiżgura li l-vapuri li jtajru l-bandiera tagħhom jilħqu l-istandards tas-sigurtà.

Ir-regoli l-ġodda huma mfassla biex jevitaw li jerġgħu jseħħu diżastri bħal dak tat-tixrid taż-żejt tal-Prestige f'Novembru 2002. Dak it-tanker beda jnixxi ż-żejt f'maltempata fil-Majjistral ta' Spanja. Bħall-Erika, il-Prestige ġie rrifjutat ir-rifuġju fil-port biex jitrasferixxi l-merkanzija tiegħu - 77,000 tunnellata ta' żejt oħxon. Wara li ġie ordnat joħroġ lura fil-baħar, għereq fl-Atlantiku madwar 250km minn Spanja.

Minn dakinhar, tankers b’buq wieħed iktar qodma bħall-Erika u l-Prestige ġew projbiti fl-UE.

Taħt il-leġiżlazzjoni l-ġdida:

• deċiżjonijiet dwar fejn għandhom imorru l-vapuri f'diffikultà jridu jittieħdu b'mod indipendenti

• il-vapuri kollha li jidħlu fil-portijiet Ewropej iridu jiġu spezzjonati. Il-vapuri li jippreżentaw riskji se jkunu eżaminati iktar ta' spiss u dawk li ripetutament jiksru r-regoli jistgħu jiġu projbiti

• l-organizzazzjonijiet li jiċċertifikaw is-sigurtà tal-vapuri se jkunu suġġett għal verifiki

• se jiġi stabbilit ċentru Ewropew biex jissorvelja t-traffiku tal-vapuri u l-pajjiżi kollha tal-UE se jkunu marbuta permezz ta' SafeSeaNet, in-netwerk ta' skambju tal-informazzjoni marittima

• l-awtoritajiet marittimi nazzjonali se jkunu verifikati biex jiġi żgurat li jinfurzaw l-istandards internazzjonali għall-vapuri li jbaħħru bil-bandiera tagħhom

• se jkun hemm linji gwida għall-investigazzjoni tal-inċidenti marittimi

• skema obbligatorja ta' assikurazzjoni se tkopri d-danni mill-inċidenti. L-operaturi tal-vapuri se jkunu responsabbli għad-danni tal-passiġġiera.

Il-Kummissarju għat-Trasport Antonio Tajani sejjaħ il-miżuri "rispons qawwi" għat-tħassib tal-pubbliku li dejjem jikber dwar kemm il-vapuri huma f'qagħda tajba biex ibaħħru fl-ibħra tal-UE. Huwa qal li l-proprjetarji tal-vapuri, l-operaturi, il-baħħara u l-awtoritajiet tax-xtut se jkollhom responsabbiltà ikbar biex jipprevjenu l-inċidenti.

Qawwa marittima ewlenija, l-UE hi responsabbli għal 25% tal-flotta globali. Il-vapuri jġorru madwar 40% tal-kummerċ intern tal-UE u kważi l-kummerċ estern kollu. Kull sena, iktar minn 400 miljun passiġġier jgħaddi mill-portijiet tal-UE u jitgħabbew jew jinħattu madwar 3.5 biljun tunnellata ta' merkanzija.

 

Aktar dar il-politika tat-trasport marittimu tal-UE English

 

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli