Mogħdija tan-navigazzjoni

Strateġija ġdida tal-UE dwar il-prevenzjoni tad-diżastri - 24/02/2009

Art maqsuma u niexfa qoxqox © EC

Proposta ġdida għandha ssaħħaħ il-kapaċitajiet tal-prevenzjoni tad-diżastri u żżid il-kooperazzjoni mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw.

Tempesta qawwija fi Franza, nirien fil-Greċja, nixfa fi Spanja – kollha kemm aħna nistgħu nintlaqtu minn diżastru naturali fejn inkunu. Biex tgħaxxaq, bit-tibdil fil-klima, dan it-tip ta' diżastri x'aktarx se jsiru aktar qawwija u spissi - il-proporzjon tat-territorju u tal-popolazzjoni fl-UE milquta min-nixfa tela' minn 6% għal 13% mill-1990 'l hawn.

Barra mid-diżastri naturali u l-epidemiji, diżastri kkawżati mill-bniedem bħal ma' huma t-tixrid taż-żejt u l-kontaminazzjoni radjoattiva jheddu l-ambjent kif ukoll saħħitna. Bħala risposta, l-UE qed tippjana li ttejjeb il-kapaċità li tieħu ħsieb id-diżastri English - qabel, waqt u wara li jiġru.

Id-diżastri ma tantx jafu jieqfu fil-fruntieri. L-epidemiji u n-nirien jinfirxu minn pajjiż għal ieħor, ix-xmajjar iġorru ilma mniġġes u t-tixrid taż-żjut iniġġes il-bajjiet kulfejn ifettillu.

L-istrateġija ġdida DeutschEnglishfrançaisPDF proposta hija mmirata l-aktar lejn dawn id-diżastri li jaqsmu l-fruntieri u li jirrekjedu rispons mill-pajjiżi membri tal-UE. Din tkun tinkludi aċċess aħjar għas-sistemi ta' twissija bikrija, infiq aktar għaqli tal-fondi tal-UE DeutschEnglishespañolfrançais kif ukoll inventarju madwar l-UE kollha tal-informazzjoni u l-aħjar prattiċi eżistenti.

Iżda l-UE qed tħares lil hinn minn hekk. Strateġija ġdida oħra tipprova tnaqqas ir-riskju ta' diżastri f'pajjiżi li qed jiżviluppaw EnglishPDF. Pajjiżi inqas żviluppati mistennija jintlaqtu aktar bis-saħħa mid-diżastri marbuta mat-tibdil klimatiku. Tant hu hekk li ċertu għelieqi li jiddependu fuq l-ilma tax-xita se jonqsu b'50% f'xi pajjiżi Afrikani. U dan sa 10 snin oħra. Mard tropikali ukoll mistenni jinfirex aktar.

L-istrateġija se tipprova tgħin lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw billi tipprovdi fondi għall-inizjattivi nazzjonali tat-tnaqqis ta' riskju. Il-flus imorru wkoll fir-reġjuni għal attivitajiet bħall-kampanji li jqajmu l-għarfien.

F'Ġunju 2009, il-Kummissjoni għandha tipproponi azzjonijiet speċifiċi bħala segwitu għal dawn l-istrateġiji.

Il-protezzjoni ċivili Ewropea - prevenzjoni English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli