Mogħdija tan-navigazzjoni

Premijiet għall-għajxien urban favur l-ambjent - 23/02/2009

Stokkolma u Hamburg imħabbra l-ewwel 'bliet kapitali ambjentali'. Budapest tirbah il-premju Ewropew għall-ġimgħa tal-mobilità

Aktar minn qatt qabel qed tinħass il-ħtieġa għall-iżvilupp urban nadif u sostenibbli. Dan minħabba l-fatt li attwalment 74% tal-popolazzjoni tal-UE qed tgħix f'ibliet jew irħula li jikkonsistu f'aktar minn 5,000 abitant. L-UE qed tagħmel l-almu tagħha biex dan iseħħ, permezz tal-premju Ewropew għall-ibliet kapitali ambjentali English . L-unur - li tingħata t-titlu tal-'belt kapitali ambjentali' tas-sena - iħeġġeġ għajxien urban favur l-ambjent u jirrikonoxxi l-isforzi tal-awtoritajiet lokali biex jiġu solvuti l-problemi ambjentali.

Stokkolma u Hamburg huma l-ewwel bliet li kisbu dan it-titlu. Il-belt kapitali Żvediża, fl-2010 se tkun il-Belt Kapitali Ambjentali Ewropea English , filwaqt li Hamburg se tieħu it-tmun fl-2011 English .

Il-ġurija kienet impressjonata, b'mod partikolari bil-programm estensiv ta' Stokkolma għat-titjib tal-kwalità tal-ħajja bis-saħħa tat-tisfija tal-ilma, it-tnaqqis tal-ħsejjes, sistema integrata tal-iskart, sistema ta' ħlas għall-konġestjoni u aktar żoni ta' rikreazzjoni bħal per eżempju xtajtiet għall-għawn.

B'1.8 miljun persuna, Hamburg għandha kwalità tal-arja eċċellenti. Madankollu, f'din l-okkażjoni Hamburg rebħet il-premju għall-miżuri li ħadet biex tiġi ffrankata l-enerġija fil-bini pubbliku.

Premju ieħor popolari huwa l-premju Ewropew għall-ġimgħa tal-mobilità li ntrebaħ minn Budapest għall-isforzi tagħha matul il-ġimgħa tal-mobilità English . Din isseħħ biex tqajjem kuxjenza pubblika fir-rigward tat-tniġġis tal-arja kkawżat mit-traffiku u tippromwovi alternattivi aktar nodfa.

Fost firxa ta' avvenimenti biex jiġi promoss it-trasport urban sostenibbli kien hemm l-avveniment "clever communting race" fejn persunaġġi famużi wrew l-effiċjenza tat-trasport pubbliku. Barra minn hekk, il-belt kapitali Ungeriża introduċiet bosta miżuri permanenti. Dawn inkludew tkabbir taż-żona pedonali taċ-ċentru tal-belt, infrastruttura mtejba tat-trasport pubbliku u l-ħolqien ta' passaġġi ġodda għaċ-ċiklisti kif ukoll faċilitajiet ta' "park and ride". Almada fil-Portugall u l-belt kapitali Kroata Zagreb ġew ikkassifikati fit-tieni u t-tielet post.

Il-ġimgħa Ewropea tal-mobilità hija avveniment annwali li ilu jseħħ mill-2002 bejn is-16 u t-22 ta' Settembru. Din il-ġimgħa hija ddedikata għall-mobilità sostenibbli. Il-ġimgħa tal-mobilità li jmiss se tiffoka fuq il-kontribuzzjoni tat-trasport urban għat-tibdil klimatiku. Għal darb'oħra l-attivitajiet se jinkludu l-għeluq tat-toroq għall-karozzi madwar l-Ewropa.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli