Mogħdija tan-navigazzjoni

X'jaħsbu l-konsumaturi Ewropej - 02/02/2009

Xerrej juża' skener manwali biex jivverifika l-prezz ©KE

Wieħed minn tliet Ewropej mhumiex sodisfatti bil-kumapniji tal-enerġija u tal-gass.

Stħarriġ tal-UE juri li bosta Ewropej mhumiex kuntenti bis-servizzi tal-karozzi tal-linja u tal-ferroviji fl-ibliet tagħhom, u perċentwal kbir minnhom jilmentaw dwar il-banek u l-kumpaniji li jipprovdu l-enerġija. Hemm lok ukoll għal titjib fil-linji fissi tat-telefown u s-servizzi postali.

It-tieni tabella ta' valutazzjoni tal-konsumatur annwali tal-UE English tidentifika tliet oqsma - l-enerġija, l-ibbankjar u t-trasport urban - li huma l-agħar uġiegħ ta' ras tal-konsumaturi.

Meta ħabbret ir-riżultati, il-kummissarju għall-konsumaturi Meglena Kuneva esprimiet tħassib li tliet servizzi daqstant ċentrali fil-ħajja tan-nies jinsabu f'dan l-istat ħażin. Ħabbret pjanijiet biex tiġi investigata s-sitwazzjoni ma' kumpaniji tal-enerġija, waqt li semmiet il-piż tal-kontijiet tad-dawl għoljin fuq il-baġits tal-familji.

Il-kummissjoni eżaminat mijiet ta' prodotti u servizzi - mill-ikel u l-ilbies sas-servizzi tal-internet, skont ħames indikaturi: il-prezz, l-ilmenti, is-sodisfazzjon, is-sigurtà u l-faċilità li wieħed jibdel il-fornituri. Ġeneralment, il-prodotti marru aħjar mis-servizzi.

L-aktar li jqanqal tgergir hu t-trasport fl-ibliet u l-madwar. Inqas minn nofs dawk li ġew mistħarrġa qalu li kienu sodisfatti bil-karozzi tal-linja, il-ferroviji jew it-trams. 25% gerger dwar dan is-servizz.

Il-prezzijiet huma waħda mir-raġunijiet ewlenin għalxiex il-fornituri tal-elettriku u l-gass qalgħu punti baxxi. Inqas minn żewġ terzi tal-konsumaturi huma sodisfatti bil-fornitur tal-enerġija tagħhom. Madwar 60% rrapportaw żidiet fil-prezzijiet, waqt li madwar 3-4% biss raw tnaqqis fil-prezzijiet.

L-enerġija hija wkoll il-qasam fejn il-konsumaturi mhux lakemm jaqbdu jbiddlu l-fornitur kif ġib u leħaq. Il-possibbiltà li tbiddel il-fornitur hi fattur ewlieni li jżomm is-swieq kompetittivi.

Mill-istħarriġ ħarġu differenzi kbar fil-miżati tal-banek u r-rati tal-interessi madwar l-UE, minkejja s-suq komuni. Il-konsumaturi jsibuha bi tqila jqabblu l-prodotti bankarji, u ftit huma dawk li jbiddlu r-rati.

Ir-rapport jindika wkoll li n-negozju bl-imnut bejn il-fruntieri nazzjonali ħa daqqa ta' ħarta. Il-proporzjon tan-negozju bejn il-fruntieri ma żdiedx mill-2006.

L-UE żviluppat l-istħarriġ bħala għodda biex tidentifika d-dgħjufijiet fis-suq komuni. It-tabella ta' valutazzjoni ta' din is-sena hi usa' minn dik tas-sena l-oħra, li kienet tkopri biss tliet oqsma.

Il-konsumaturi u l-UE

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli