Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-kisba ta' qbil dinji ġdid dwar il-bidla fil-klima - 28/01/2009

L-UE tbassar li l-iskambju tal-kwoti tal-karbonju se jkollu rwol ewlieni fl-isforzi biex nindirizzaw il-bidla fil-klima.

F' dokument li jagħti ħarsa ġenerali lejn il-pożizzjoni tagħha English qabel jibdew it-taħdidiet internazzjonali dwar il-klima, il-Kummissjoni stqarret li l-ispejjeż sabiex jinżamm ikkontrollat it-tisħin globali mistennija li jogħlew fis-snin li ġejjin - biex sal-2020 ikunu qed jammontaw għal żieda ta' €175bn fis-sena fuq livell dinji. Aktar min-nofs dak l-ammont ikunu meħtieġ fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw bħaċ-Ċina u l-Indja.

L-UE u l-potenzi ekonomiċi l-oħrajn għandhom jgħinu biex itaffu l-ispejjeż li jkollhom iġorru fuq spallejhom il-pajjiżi li qed jiżviluppaw sabiex inaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet li jikkawżaw l-effett serra.

Id-dokument iressaq għadd ta' għażliet sabiex jiżdied il-finanzjament internazzjonali - li jinkludi l-ħtieġa li l-pajjiżi jikkontribwixxu skont id-dħul finanzjarju u l-livell tal-emissjonijiet tagħhom. Għażla oħra tkun li xi emissjonijiet li jkunu permessi jiġu rkantati f'suq tal-karbonju.

Biex ipattu għal dan, il-pajjiżi kollha li qed jiżviluppaw - għajr l-ifqar nett - għandhom irażżnu ż-żieda fl-emissjonijiet billi jadottaw strateġiji ta' żvilupp li jipproduċu anqas gassijiet li jikkawżaw l-effett serra. Dawn l-istrateġiji għandhom jinkludu t-trażżin tad-deforestazzjoni tropikali, peress li s-siġar u l-pjanti jassorbu d-dijossidu tal-karbonju.

L-UE, min-naħa tagħha, diġà ħadet azzjoni kuraġġuża waħedha DeutschEnglishespañolfrançaisitalianopolski sabiex tindirizza l-bidla fil-klima, billi ħadet passi ħalli tnaqqas l-emissjonijiet. Issa tinsab ħerqana li f'Diċembru li ġej, waqt id-diskussjonijiet f'Kopenħagen, tkompli ssawwar dan is-suċċess. L-UN qed torganizza din il-konferenza bil-għan li tiżgura li jkun hemm impenn globali ġdid u iktar ambizzjuż sabiex tiġi trattata l-kwistjoni tal-bidla fil-klima. It-trattat preżenti - il-Protokoll ta' Kjoto - jiskadi ma' tmiem l-2012.

L-UE se tħeġġeġ lill-pajjiżi żviluppati sabiex jimpenjaw ruħhom ħalli sal-2020 kumplessivament inaqqsu bi 30% l-emissjonijiet tal-gassijiet li jikkawżaw l-effett serra (meta mqabbla mal-livelli tal-1990). Il-kontribuzzjonijiet għandhom ivarjaw bejn pajjiż u ieħor, skont id-dħul finanzjarju, il-popolazzjoni, il-livell tal-emissjonijiet u l-isforzi passati biex inaqqsu l-emissjonijiet. Il-konformità għandha tiġi sorveljata u infurzata.

Il-Kummissjoni tbassar ukoll li l-iskambju tal-emissjonijiet se jkollu sehem ewlieni, u se tfittex li tibni suq dinji tal-karbonju. Għadd li kull ma jmur qed jikber ta' pajjiżi, li jinkludu lill-Istati Uniti, New Zealand u l-Awstralja qed ifittxu li jistabbilixxu skemi simili għas- suq tal-karbonju fl-UE English li ġie introdott fl-2005. L-iskema tillimita l-emissjonijiet kumplessivi tas-CO2, imma tippermetti lin-negozji li jbiegħu u jixtru l-krediti bejniethom.

Billi ma jistax ikun li l-bidla fil-klima titwaqqaf għal kollox, il-ftehim ta' Kopenħagen għandu jipprovdi wkoll qafas li fi ħdanu jgħin lill-pajjiżi ħalli jkunu jistgħu jadattaw irwieħhom. U dan għandu jiżgura li jkun hemm appoġġ għall-pajjiżi l-fqar li huma vulnerabblii għal kundizzjonijiet ta' temp estrem bħal-nixfiet, maltempati u għargħar.

Il-proposti tal-Kummissjoni, li tressqu fit-28 ta' Jannar, se jiġi diskussi mill-mexxejja u l-leġiżlaturi Ewropej fix-xhur li ġejjin.

Aktar tagħrif dwar il-konvenzjoni qafas tan-NU dwar il-bidla fil-klima English.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli