Mogħdija tan-navigazzjoni

Ir-rati tal-iskrining tal-kanċer ma jilħqux l-għanijiet - 26/01/2009

Tabib jeżamina l-mammogram ta' pazjent © Reporters

Il-pajjiżi tal-UE jagħmlu nqas min-nofs l-ammont rakkomandat għall-iskrining tal-kanċer u l-imwiet huma mistennija jiżdiedu sakemm ma jkunx hemm azzjoni.

Fl-2003, il-ministri tal-UE għas-saħħa rrakkomandaw lill-gvernijiet sabiex iniedu programmi ta' skrining fuq skala kbira għal dawk il-persuni li huma f'riskju ogħla ta' kanċer minħabba fatturi ġeneriċi bħall-età u s-sess. Tnejn u għoxrin pajjiż żammew l-obbligi tagħhom għall-kanċer tas-sider, 15 għall-kanċer ċervikali u 12 għall-kanċer kolorettali . Dawn il-kanċers komuni ħafna drabi jistgħu jinstabu permezz ta' proċeduri relattivament preċiżi u sempliċi bħal Pap smear u mammograms.

Il-ministri rrakkomandaw li għandhom isiru 125 miljun testijiet tal-kanċer kull sena fuq persuni li jinsabu fil-gruppi mira. Madankollu stħarriġ reċenti tal-UE Englishfrançais jindika li qed isir madwar 51 miljun skrining biss jew 41% tal-ammont mixtieq. Minn dawk, inqas min-nofs isiru fil-mod rakkomandat.

Kollettivament, fin-nisa l-kanċer tas-sider, kolorettali u ċervikali jammontaw għal mewt minn kull tlieta li tiġi kkawżata mal-kanċer. Għall-irġiel il-kanċer kolorettali jammonta għal 11% tal-imwiet ikkawżati mill-kanċer. Fl-UE minħabba l-popolazzjoni li qed tixjieħ, dawn ir-rati huma mistennija li jiżdiedu sakemm ma jittieħdux xi miżuri preventivi.

Madwar 3.2 miljun minn 500 miljun Ewropew jinstabilhom kanċer. Din hija l-aktar kawża komuni ta' mewt wara l-mard kardjovaskulari. Il-kanċer tas-sider jammonta għal madwar 30% tal-każijiet tal-kanċer fost in-nisa fl-UE. Dan jirriżulta ferm aktar mill-kanċer kolorettali u ċervikali bil-13% u 3% rispettivament. Għall-irġiel il-kanċer kolorettali jammonta għal 13% tal-każijiet tal-kanċer.

Il-każijiet tal-kanċer humiex imqassma l-istess madwar l-UE. Fil-Belġju jseħħu l-aktar inċidenza tal-kanċer tas-sider iżda fid-Danimarka għandhom l-ogħla rati ta' mwiet. Ir-Rumanija għandha l-aktar inċidenza baxxa u Spanja l-inqas imwiet.

Aktar dwar il-kanċer fl-UE

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli