Mogħdija tan-navigazzjoni

Tbaħħir aktar faċli għall-bastimenti li jivvjaġġaw bejn il-portijiet tal-UE - 21/01/2009

Il-port ta' Bellview, l-Irlanda © KE

Il-Kummissjoni ressqet pjan sabiex tistandardizza il-proċeduri doganali għall-vapuri li jivvjaġġaw minn port għall-ieħor fl-UE - b'hekk qed nersqu aktar lejn spazju marittimu bla ostakli.

Għal bosta snin, it-trakkijiet u l-ferroviji tal-merkanzija gawdew minn trasport bla fruntieri fl-UE. Imma dan ma jistax jingħad għall-vapuri. Anke jekk dawn ibaħħru direttament minn pajjiż tal-UE għal ieħor, xorta jridu jgħaddu mid-dwana, li huwa proċess li jqum il-flus u li jikkawża dewmien sostanzjali.

Issa l-Kummissjoni ressqet pjan biex tissimplifika l-proċess English. Dan jinkludi għadd ta' miżuri leġiżlattivi intiżi biex inaqqsu l-burokrazija żejda u xi rakkomandazzjonijiet li se jraħħsu l-miżati amministrattivi.

Il-Kummissarju inkarigat mit-Trasport, Antonio Tajani jemmen li l-pjan se jagħmel it-trasport marittimu aktar kompetittiv, biex b'hekk imbagħad tgawdi l-ekonomija in ġenerali. It-tbaħħir, li huwa sors importanti tal-impjiegi u l-qliegħ tal-flus għall-Ewropa, iġorr madwar 40% tal-kummerċ intern tal-UE u kważi l-kummerċ estern kollu. Ta' kull sena, aktar minn 400m passiġġier jgħaddu mill-portijiet tal-UE u xi 3.5bn tunnellata ta' merkanzija titgħabba u tinħatt.

Il-kumpaniji tat-tbaħħir huma suġġetti għal għadd ta' kontrolli sabiex jiġi aċċertat li jkunu konformi mar-regoli kumplessi dwar it-taxxa, is-saħħa, is-sigurtà, is-sikurezza, eċċ. Il-pjan jirrakkomanda li l-gvernijiet nazzjonali jissimplifikaw dawn il-kontrolli fruntierjali. Aktar importanti minn dan, il-pjan jinkludi għadd ta' proposti leġiżlattivi immirati sabiex jistandardizzaw il-proċeduri doganali. Barra minn hekk isejjaħ ukoll għal miżuri sabiex fil-ġejjieni titnaqqas il-burokrazija għall-merkanzija li tieqaf f'pajjiżi barra mill-UE fi triqitha bejn port Ewropew u ieħor.

Flimkien mal-pjan, il-Kummissjoni ppubblikat dokument politiku li jistabbilixxi l-miri għal din l-industrija English għal matul l-10 snin li ġejjin. Din tesplora l-isfidi ewlenin fit-trasport bil-baħar u fiha miżuri maħsuba biex jgħinu lil din l-industrija matul ir-riċessjoni ekonomika.

Is-settur tat-tbaħħir Ewropew, hekk kif approfitta ruħu mit-tkabbir qawwi fil-kummerċ dinji, kiber sostanzjalment f'dawn l-aħħar snin, b'bosta kumpaniji jinvestu bil-kbir ħalli jirrenovaw u jespandu l-flotot tagħhom. Imma l-industrija qed tħabbat wiċċha ma' bosta sfidi, fosthom il-kompetizzjoni ħarxa minn kumpaniji li joperaw taħt bandieri li jippermettu standards ambjentali u tas-sikurezza aktar baxxi. Is-swieq volatili tal-enerġija u t-theddida mill-piraterija, li kull ma jmur dejjem qed tikber, huma ostakli oħra.

B'differenza mit-trasport bit-toroq u bil-ferroviji, it-tbaħħir minn pajjiż tal-UE għal ieħor jitqies bħala kummerċ internazzjonali peress li l-ibħra territorjali ta' kull pajjiż jestendu biss għal 22 kilometru mill-kosta. 'Il hinn minn dik id-distanza, bastiment jidħol fl-ibħra internazzjonali.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli