Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-kwalità tal-ħajja fl-Ewropa: id-distakk għadu hemm - 02/01/2009

Triq mimlija negozji f'Bonn, il-Ġermanja © Reporters

Stħarriġ dwar il-kwalità tal-ħajja fl-Ewropa jikxef id-differenzi sinifikanti bejn il-pajjiżi.

L-istħarriġ češtinaDeutschEnglishfrançais immexxi mill-Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol (Eurofound), juri differenzi kbar bejn l-Istati Membri l-ġodda tal-Unjoni Ewropea (UE) u dawk qodma, kif ukoll bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar.

Is-saħħa tax-xiri fl-Istati Membri l-ġodda u l-pajjiżi kandidati hija ferm inqas (kważi b'55%) mill-medja Ewropea. Il-perċentwal ta' persuni xi drabi mġiegħla li jiċċaħdu saħansitra mill-bżonnijiet essenzjali (tisħin xieraq, ħwejjeġ ġodda u vaganzi annwali) hu ogħla sew mill-bqija tal-Unjoni.

Dawn id-differenzi huma riflessi wkoll fil-kundizzjonijiet ta' akkomodazzjoni. L-abitanti tal-pajjiżi l-ġodda tal-UE huma ġeneralment sidien tal-akkomodazzjoni tagħhom (kontra 40% tal-pajjiżi l-qodma tal-UE), iżda darhom ta' spiss ma tkunx ta' standard daqstant għoli. B'hekk, 42% tar-Rumeni jħabbtu wiċċhom ma' problemi relatati ma' akkomodazzjoni mwiegħra, filwaqt li fil-Finlandja 9% biss għandhom din il-problema.

Rigward l-aċċess għall-kura tas-saħħa, l-istħarriġ juri nuqqas ta' tagħmir mediku, l-iktar fin-Nofsinhar tal-Ewropa (ħlief Spanja) u fiż-żoni rurali. Fil-pajjiżi l-ġodda tal-UE, kważi nofs l-ifqar persuni bilkemm jifilħu jħallsu viżta għand it-tabib, filwaqt li dan il-perċentwal hu ta' 31% fl-Ewropa tal-Lvant. Dawn il-problemi jiggravaw max-xjuħija tal-popolazzjoni Ewropea.

Fil-pajjiżi l-ġodda tal-UE, kif ukoll fl-Italja, il-Portugall u l-Greċja, il-livell ta' sodisfazzjoni rigward il-ħajja tagħhom huwa l-iktar dgħajjef, filwaqt li ċ-ċittadini tal-pajjiżi tat-Tramuntana huma l-iktar sodisfatti. Għall-kuntrarju tal-Franċiżi, it-Taljani u l-Portugiżi, iżda wkoll tal-Ungeriżi u l-Bulgari, iċ-ċittadini tal-Istati Membri l-ġodda huma ottimisti. B'mod ġenerali, in-numru ta' ottimisti niżel minn 64% fl-2003 għal 55% llum.

Aktar informazzjoni dwar il-Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol English .

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli

  • EUROPA
  • Kamra tal-aħbarijietDeutschEnglishfrançais