Għodod għall-aċċessibilità
Għodod tas-servizz
Selettur tal-lingwa
Mogħdija tan-navigazzjoni

Regoli aktar ċari proposti biex jissimplifikaw l-ivvjaġġar għat-trattament mediku u jagħmluh aktar sikur għall-Ewropej.
Il-biċċa l-kbira ta’ l-Ewropej jixtiequ li jkollhom l-aqwa kura tas-saħħa possibbli qrib kemm jista’ jkun ta’ darhom. Imma jekk ikunu offruti servizzi orħos u effiċjenti x'imkien ieħor fl-UE, ikun aħjar li l-pazjenti Ewropej jkollhom aċċess għalihom.
Mhux dejjem kien ċar kif l-Ewropej jistgħu japprofittaw irwieħhom minn servizzi mediċi barra pajjiżhom. ![]()
![]()
![]()
Il-proposti l-ġodda għandhom l-għan li jibdlu dan billi jiffokaw fuq:
· id-dritt tal-pazjent li jfittex trattament f’pajjiż Ewropew ieħor u jiġi rrimborsat daqslikieku għadu f'pajjiżu
· livelli għoljin ta’ kura tas-saħħa provduti madwar l-UE kollha
· kooperazzjoni Ewropea dwar il-kura tas-saħħa bejn il-fruntieri
Il-ħtieġa għal din it-tip ta’ proposta ntwera wara għadd ta’ każi li jinvolvu t-trattament bejn il-fruntieri tressqu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea. Il-qorti regolarment iddeċidiet li l-ispejjeż mediċi tal-pazjenti jiġu rrimborsati. L-aktar żvilupp riċenti jwassal ċertezza u trasparenza legali fejn jidħlu d-drittijiet tal-pazjent.
Hija kwistjoni ewlenijia li ċ-ċittadin Ewropew ikollu aċċess għal kura tas-saħħa tajba meta u fejn din tkun meħtieġa. Dan huwa rikonoxxut fil-karta tad-drittijiet fundamentali ![]()
![]()
![]()
![]()
![]()
![]()
![]()
![]()
![]()
![]()
li ġiet adottata dan l-aħħar.
Għal mawriet qosra f’pajjiż membru ieħor ta’ l-UE, għandu jkollok il-kard Ewropea ta' l-assigurazzjoni tas-saħħa. Din tiffaċilitalek it-trattament fil-pajjiż barrani filwaqt li l-ispejjeż jiġi rimborsati skond is-sistema ta’ dak il-pajjiż. Din tista’ tordnaha b’xejn mill-uffiċċju tas-servizz tas-saħħa f’pajjiżek.