Mogħdija tan-navigazzjoni

Agħti organu, salva ħajja - 08/12/2008

Raġel qed jagħti trapjant ta' organu f'kaxxa © Reporters

L-UE qed tikkunsidra standards komuni għad-donazzjonijiet u t-trapjanti.

Madwar 56,000 persuna fl-UE qed jistennew operazzjoni ta' trapjant. Kull jum imutu 12-il persuna minħabba n-nuqqas ta' organi.

Fid-dawl ta' dawn l-istatistiċi xejn sbieħ, il-Kummissjoni iddeċidiet li tippromwovi ż-żieda tad-donazzjonijiet tal-organi English , anke billi tħeġġeġ l-iskambju iktar regolari tal-organi bejn il-pajjiżi tal-UE. Xi pajjiżi diġà jagħmlu dan, iżda rarament.

Il-Kummissjoni qed tipproponi wkoll l-introduzzjoni ta' standards Ewropej għad-donazzjonijiet u t-trapjanti biex telimina d-disparitajiet kbar li jipperikolaw is-sigurtà u jikkomplikaw it-tfittxija tad-donaturi u l-għoti tal-organi.

Il-liġi abbozz għandha tistabbilixxi sistema għall-intraċċar tal-organi u tirrapporta l-każijiet fejn il-pazjenti jbatu minn reazzjoni serja wara t-trapjant. Din tara wkoll li jinħatru awtoritajiet nazzjonali biex jiżguraw il-konformità mal-istandards tal-UE.

Ir-rati tad-donazzjoni tal-organi jvarjaw minn pajjiż għal ieħor - minn madwar 35 donazzjoni għal kull miljun abitant fi Spanja għal inqas minn donazzjoni waħda għal kull miljun abitant fir-Rumanija. F'ħafna mill-pajjiżi tal-UE id-domanda hija ferm iktar mill-provvista, minkejja żieda stabbli tad-donazzjonijiet fis-snin riċenti. Bejn 15% u 30% tal-pazjenti jmutu qabel ma jinstab donatur xieraq. Fl-2006 biss, 5,500 persuna mietu waqt li kienu qed jistennew trapjant, ħafna drabi għal wieħed minn dawn il-ħames organi: il-qalb, il-pulmun, il-kliewi, il-fwied jew il-pankreas.

Għaliex persuni f'xi pajjiżi jagħtu iktar minn oħrajn? Mhemmx tweġiba sempliċi. Sa ċertu punt, hija kwistjoni ta' organizzazzjoni. Il-pajjiżi għandhom metodi differenti għar-reġistrazzjoni u l-allokazzjoni tal-organi.

Ir-riżorsi wkoll għandhom rwol. Xi pajjiżi jiddedikaw riżorsi sinifikanti għat-tfittxija tad-donaturi. Oħrajn, speċjalment il-pajjiżi l-ġodda tal-UE, mhumiex mgħammra tajjeb għall-operazzjonijiet ferm ikkumplikati bħat-trapjanti. Fatturi oħra jinkludu varjazzjonijiet fil-proċeduri legali għall-kunsens tad-donatur u differenzi fl-attitudnijiet lejn il-kwistjonijiet etiċi marbuta mad-donazzjoni tal-organi. Ngħidu aħna, ħafna nies iħossuhom skomdi bl-idea li jagħtu l-organi tal-għeżież mejtin tagħhom, iżda l-perċentwal tar-rifjuti huwa ogħla fir-Renju Unit (42%) milli fil-Portugall (6%).

Il-pjan jindirizza dawn l-isfidi permezz ta' miżuri li jiffaċilitaw it-tfittxija u l-iskambju tal-organi, iqajmu l-kuxjenza dwar id-donazzjoni tal-organi, u jorganizzaw aħjar il-programmi nazzjonali. Dan jara wkoll li jippromwovi r-rwol tal-koordinaturi tad-donatur tat-trapjant fost il-persunal tal-isptar.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli