Għodod għall-aċċessibilità
Għodod tas-servizz
Selettur tal-lingwa
Mogħdija tan-navigazzjoni

l-UE, l-Istati Uniti u ċ-Ċina jħabbru sforzi konġunti biex jipproteġu l-konsumaturi minn prodotti perikolużi.
Kull ġimgħa l-UE tippubblika lista ġdida ta' prodotti li jqajmu tħassib tas-sigurtà
. Ħafna minn dawn huma magħmulin fiċ-Ċina iżda numru sinifikanti jiġu mill-Istati Uniti u l-UE.
It-twissijiet huma tfakkira li "il-kwistjonijiet ta' sigurtà għandhom ikunu dejjem fuq nett tal-aġenda politika", tgħid il-Kummissarji għall-konsumatur Meglena Kuneva
.
Filwaqt li żammet dan l-impenn, is-Sinjura Kuneva nediet il-ġimgħa internazzjonali tas-sigurtà tal-prodotti
billi ltaqgħet ma' Nancy Nord u Wei Chuanzhong, il-kontropartijiet tagħha tas-sigurtà tal-prodotti mill-Istati Uniti u ċ-Ċina.
F'laqgħa fi Brussell fis-17 ta' Novembru, qablu li jaħdmu id f'id fuq diversi aspetti - biex ikun iktar faċli li l-prodotti jiġu ntraċċati, jitjiebu l-istandards tas-sigurtà tal-ġugarelli u titqassam iktar informazzjoni dwar il-perikli għas-sigurtà. Huma ppjanaw ukoll iktar infurzar konġunt, bħal verifiki simultanji fuq il-prodotti li jinbiegħu fis-swieq rispettivi tagħhom.
Qabel ma ltaqgħu, l-UE u ċ-Ċina qablu dwar iktar infurzar konġunt biex japplikaw il-ftehim eżistenti tagħhom dwar is-sigurtà tal-prodotti. Il-ftehim rivedut jagħti wkoll aċċess liċ-Ċina għas-sistema ta' twissija tas-saħħa għall-prodotti tal-ikel u l-għalf tal-annimali.
Permezz ta' dawn it-taħdidiet kien l-ewwel darba li l-UE, l-Istati Uniti u ċ-Ċina ltaqgħu f'dan il-livell għoli biex jindirizzaw is-sigurtà tal-prodotti – sinjal tad-determinazzjoni tagħhom biex jikkoordinaw mill-qrib biex jiżguraw standards għoljin ta' sigurtà. It-tliet ġganti tan-negozju qed jippjanaw laqgħa oħra ta' livell għoli għall-2009.
Is-sena l-oħra għexieren ta' miljuni ta' ġugarelli prodotti fiċ-Ċina ntbagħtu lura minħabba l-biża' li setgħu kienu perikolużi. Madwar 80% tal-ġugarelli mibjugħa fl-UE jiġu miċ-Ċina.
Iktar reċentement, il-prodotti mill-ħalib Ċiniżi madwar id-dinja ntbagħtu lura jew ġew projbiti wara li eluf ta' tfal Ċiniżi mardu wara li xorbu ħalib ikkontaminat bil-kimika tossika tal-melamina. Mietu mill-inqas erbat itfal. L-ikel għall-annimali tad-dar, it-toothpaste, il-ħut u xi prodotti farmaċewtiċi wkoll qajmu xi biżgħat fil-passat riċenti.