Mogħdija tan-navigazzjoni

Tast tal-kompjuter bis-simbolu tal-ewro

Il-konsumaturi madwar l-UE għandhom igawdu aktar drittijiet taħt ir-regoli tax-xiri proposti.

Xerrejja u bejjiegħa għadhom xettiċi dwar l-attività ta' negozju f'pajjiżi oħra tal-UE, speċjalment onlajn. Parti mir-raġuni hi minħabba l-inċertezza dwar drittijiethom u dmirijiethom - regoli li għadhom ivarjaw b'mod estensiv madwar l-UE. Il-konsumaturi beżgħana li jekk jixtru minn barra ma jiġux imħarsa kontra l-kuntrabandu u l-frodi. Il-bejjiegħa jsibuha bi tqila li jgħabbu r-responsabbiltà ta' riskju u n-nefqa li jsegwu liġijiet differenti.

Il-leġiżlazzjoni English proposta tieħu post erba' liġijiet eżistenti u tkopri l-aspetti kollha tax-xiri: it-tagħrif dwar il-prodott, it-termini kuntrattwali, il-kunsinni, ir-ritorn, ir-rimbors, it-tiswija, il-garanziji u l-kanċellazzjonijiet.

Xi pajjiżi diġà għandhom salvagwardji simili iżda taħt ir-regoli l-ġodda, il-konsumaturi madwar l-UE se jiġu mħarsa aħjar. Il-bejjiegħa jibbenefikaw ukoll billi jiffrankaw biċċa kbira min-nefqa għall-konformità.

Jekk tagħti ħarsa lejn il-prezzijiet madwar l-UE tinnota li tiffranka meta tiċċekkja qabel ma tixtri. Per eżempju, dan l-aħħar, bejjiegħ stabbilit ta' oġġetti elettroniċi offra l-istess kamera diġitali għal €198 fir-Renju Unit, €254 fl-Irlanda, €276 fil-Belġju u €306 fuq il-websajt Finlandiża. Varjazzjonijiet simili nsibuhom l-iPods, fwejjaħ, għamara, karozzi u ħwejjeġ.

"Neħtieġu noffru drittijiet ta' sigurtà madwar l-UE sabiex il-konsumaturi jkollhom is-sigurtà li għandhom bżonn biex jixtru b'moħħhom mistrieħ" qalet il-Kummissarju għall-konsumatur Meglena Kuneva.

Ir-regoli l-ġodda mhux biss iħarsu l-konsumaturi iżda jħeġġu lill-bejjiegħa jesploraw swieq ġodda. Skont stħarriġ English tal-UE, madwar 80% tal-bejjiegħa ma joffrux il-prodotti tagħhom għal konsumaturi f'pajjiżi oħra. Madankollu, bosta jikkunsidrawha jekk ir-regolamenti jiġu standardizzati.

Qed jitilfu l-opportunità li jipparteċipaw f'suq kbir u b'potenzjal. Madwar 150 miljun ċittadin - terz tal-popolazzjoni tal-UE - jixtru onlajn. Filwaqt li s'issa 30 miljun minnhom biss xtraw oġġetti minn pajjiżi lil hinn mill-fruntieri tagħhom. Dan jirrappreżenta €24 biljun tal-bejgħ annwali.

Ir-regoli l-ġodda se:

  • jeħtieġu li l-kunsinna tal-oġġetti ssir fi 30 ġurnata
  • jagħtu lill-konsumaturi 14-il jum perjodu 'cooling off' sabiex tikkanċella xirja (fi 30 ġurnata għar-rimbors.)
  • jipprojbixxu termini ta' kuntratt inġusti
  • jistabbilixxu regoli komuni għall-irkant onlajn u jżidu l-ħarsien kontra tekniki insistenti ta' bejgħ
  • jipprovdu rikors ġenerali f'każ ta' prodotti difettużi.

 

Ir-regoli għandhom jiġu approvati mis-27 pajjiż tal-UE u l-Parlament Ewropew.

Id-drittijiet tal-konsumatur - aktar tagħrif

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli