Mogħdija tan-navigazzjoni

Regoli ġodda dwar ir-residwi tal-pestiċidi sabiex tiġi żgurata s-sikurezza tal-ikel - 03/09/2008

Trekter qed jisprejja l-uċuħ tar-raba' bil-pestiċidi

Mill-1 ta' Settembru, standards ġodda jimponu limiti uniformi fuq ir-residwi tal-pestiċidi fl-ikel madwar l-UE.

L-istandards il-ġodda huma maħsuba sabiex jiżguraw li l-konsumatur jiġi mħares filwaqt li jiġu ffaċilitati l-kummerċ u l-importazzjoni. Fi kliem il-Kummissarju inkarigata mis-saħħa, Androulla Vassiliou, "L-ikel prodott jew importat fi kwalunkwe Stat Membru għandu jkun bla periklu għall-konsumaturi fl-Istati Membri kollha."

Ninsabu esposti għall-pestiċidi kulmeta xi ammonti żgħar jitħallew fuq l-uċuħ tar-raba' maħsuda u jispiċċaw fl-ikel li nieklu. Ġew iffissati limiti għal dawn ir-residwi sabiex jiġi mminimizzat l-esponiment u nevitaw riskji għas-saħħa inaċċettabbli.

Il-liġi dwar ir-residwi tal-pestiċidi English tkopri madwar 1,100 pestiċida użati fl-agrikoltura fl-UE u lil hinn minnha. Din tagħti elenku tal-livelli massimi ta' residwu għal firxa wiesgħa ta' prodotti, li jinkludu kollox minn laħam sa ħalib, ħxejjex u frott, ġewż, ħwawar u għalf tal-annimali. Il-limiti japplikaw kemm għall-prodotti friski kif ukoll dawk proċessati, u jiġu aġġustati skont id-dilwazzjoni jew il-konċentrazzjoni.

Qabel, l-UE kienet iffissat limiti għal xi pestiċidi filwaqt li l-pajjiżi individwali kienu responsabbli mill-bqija. Xi residwi li kienu jaqbżu l-limitu f'xi pajjiż kienu aċċettabbli f'pajjiżi oħra, filwaqt li għal xi pestiċidi ma kien hemm l-ebda limiti. Dan in-nuqqas ta' uniformità kien iħawwad kemm lill-kummerċjanti kif ukoll lill-konsumaturi.

Il-limiti l-ġodda jqisu l-ħtiġjiet tal-aktar gruppi vulnerabbli, bħat-trabi u t-tfal. Prinċipju imporanti huwa li s-sikurezza tal-ikel tieħu prijorità fuq il-protezzjoni tal-pjanti.

Il-gvernijiet tal-UE huma responsabbli mill-infurzar tal-liġi, imma l-Kummissjoni se tissorvelja l-konformità. Il-limiti għal ċerti pestiċidi u wċuħ tar-raba' partikolari jistgħu jinstabu permezz tad- database onlajn tal-Kummissjoni dwar ir-residwi tal-pestiċidi English .

Factsheet dwar ir-residwi tal-pestiċidi English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli