Għodod għall-aċċessibilità
Għodod tas-servizz
Selettur tal-lingwa
Mogħdija tan-navigazzjoni

Pjanijiet ġodda biex jingħataw frott u ħxejjex b’xejn lit-tfal tal-iskola - u biex tiġi estiża l-firxa ta’ prodotti tal-ħalib disponibbli.
Huwa stimat li 22 miljun tifel u tifla fl-UE huma iħxen milli suppost. ’Il fuq minn 5 miljuni huma obeżi - u,dan in-numru huwa mistenni jiżdied b'madwar 400,000 kull sena.
Id-drawwiet tal-ikel li niffurmaw waqt it-tfulija ġeneralment inżommuhom meta nikbru u mbagħad ngħadduhom lill-ġenerazzjoni ta’ warajna. Ħafna Ewropej diġà jieklu wisq ftit ħaxix u frott - inqas mill-400g issuġġeriti mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) - u l-konsum qed jonqos fost il-ġenerazzjoni żagħżugħa. Minħabba f’hekk, il-Kummissjoni għandha f’rasha pjan biex tħeġġeġ il-konsum għaqli ta' ikel qalb it-tfal.
Mill-2009, il-Kummissjoni trid tibda tuża l-flus tal-UE biex tqassam frott u ħxejjex b'xejn fl-iskejjel 

. Stħarriġ jissuġġerixxi li l-ifqar familji huma dawk l-aktar li jiċċaħdu mill-ħames porzjonijiet rakkomandati ta' frott jew ħaxix frisk kuljum. Il-provvista ta’ healthy snacks b'xejn tista' tagħmel differenza vera għad-dieta taż-żgħar.
L-ispejjeż jinqasmu min-nofs (50-50) bejn il-baġit tal-UE u l-gvernijiet nazzjonali (jew 75-25 għall-pajjiżi inqas għonja)Il-kontribuzzjoni tal-UE titla’ għal madwar €90m fis-sena.
Dan it-tip ta’ skemi dwar il-ħalib 

ilhom jeżistu għal aktar minn 30 sena issa. Waqt is-sena skolastika 2006-07, tqassmu 305,000 tunnellata ħalib fi skejjel fi 22 pajjiż tal-UE.
Il-Kummissjoni issa tixtieq testendi din l-iskema biex tinkludi prodotti oħra tal-ħalib, bħal ġobnijiet, yoghurt u ħalib tal-butir. L-iskejjel sekondarji jkunu eleġibbli wkoll għall-forniment skond dan il-pjan ġdid. Filwaqt li n-numru ta’ skejjel li jaqgħu taħt l-iskema jikber, aktar u aktar tfal għandhom jitħeġġu lejn prodotti lattiċi bnini u ta’ kwalità għolja minflok ikel u xorb konvenjenti imma ta’ kwalità baxxa.