Mogħdija tan-navigazzjoni

L-UE tgħin fit-tifi tan-nar u kontra l-għargħar - 25/08/2008

Xiħa miexja fl-ilma iġġorr basket

Il-mekkaniżmu tal-protezzjoni ċivili jieħu azzjoni immedjata meta l-UE tirċievi talbiet għall-għajnuna minn bosta pajjiżi madwar l-Ewropa

Filwaqt li ħafna huma l-Ewropej li jistennew is-sajf bil-ħerqa u jaħsbu f'sema kaħlani u serati sħan u sbieħ, l-istaġun jista' jġib miegħu temp estrem li jista' jkun distruttiv.

L-għargħar u n-nirien forestjali huma karatteristika regolari tas-sjuf Ewropej. Għargħar qawwi diġà laqat partijiet tar-Rumanija u xi pajjiżi ġirien dan is-sajf, mentri fil-Greċja kien hemm ’il fuq minn 65 każ ta’ nar f’daqqa f'Lulju.

Fiż-żewġ każijiet, pajjiżi oħra tal-UE pprovdew l-għajnuna. Meta r-Rumanija, il-Moldova u l-Ukrajina ġew maħkuma minn xita qalila li qatlet in-nies u ddistruġġiet id-djar, il-mekkaniżmu tal-protezzjoni ċivili tal-UE English rċieva talbiet għal tagħmir speċifiku minn kull pajjiż. L-UE kkoordinat għotjiet li jinkludu ġeneraturi, dgħajjes, tined u pompi. Kwalunkwe pajjiż jista’ japplika għall-għajnuna umanitarja u ta’ rikostruzzjoni fi żminijiet ta’ ħtieġa, kemm jekk ikun membru tal-UE u kemm jekk le.

Fl-2007, 84 persuna tilfu ħajjithom fin-nirien tal-foresti Griegi English u nqerdu 2,700 km² ta’ foresta, siġar taż-żebbuġ u raba'. Din is-sena, il-Greċja talbet l-għajnuna f’Lulju meta Rodi kienet qed titħabat biex titfi nirien forestjali fuq medda ta’ 15 km². Il-mekkaniżmu tal-protezzjoni ċivili tal-UE żgura s-self ta’ ħames ajruplani minn pajjiżi oħra tal-UE biex jgħinu fit-tifi tan-nar.

U lil hinn mill-Ewropa, din is-sena l-UE diġà pprovdiet għajnuna liċ-Ċina, Burma, il-Bolivja u l-Ekwador. Din l-għajnuna inkludiet esperti li jevalwaw x'għajnuna jkun hemm bżonn. Barra mis-27 Stat Membru tal-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja jikkontribwixxu wkoll.

Tingħata għajnuna wkoll miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka English tal-UE, li jbassar l-għargħar, terremoti, nirien u maltempati, u mbagħad jissorveljahom bit-teknoloġija satellitari. Din l-informazzjoni tgħin biex ikun hemm rispons effettiv u malajr għal dawn id-diżastri naturali.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli