Mogħdija tan-navigazzjoni

Kura tas-saħħa mingħajr fruntieri - 18/08/2008

Il-Kummissjoni taħdem għal regoli li jiffaċilitaw il-ħajja għall-Ewropej biex imorru barra għal trattament mediku

M'ilux, raġel Lussemburgiż xtera nuċċali minn Arlon, belt fil-Belġju li jinsab biswit il-Lussemburgu. Il-kumpanija ta' l-assigurazzjoni tas-saħħa tiegħu fil-Lussemburgu rrifjutat li tħallas għan-nuċċali. Din qalet li kellu jieħu l-approvazzjoni tagħhom qabel ma jixtrih. Ir-raġel ressaq il-każ quddiem il-qorti tal-ġustizzja Ewropea u rebaħ. Fl-aħħar snin dal-każ huwa wieħed fost għadd ta' każijiet relatati mal-kura bejn il-fruntieri li tressqu quddiem il-qorti. Oħrajn involvew trattamenti li ma kienux disponibbli fil-pajjiż nattiv jew mhux disponibbli f'ħin xieraq. B'mod konsistenti l-qorti ddeċidiet li l-pazjenti jingħataw il-flus lura.

Minbarra l-qorti l-każijiet juru li għad fadal ammont konsiderevoli ta' inċertezza madwar is-suġġett tal-kura bejn il-fruntieri. Għalhekk f'Lulju, il-Kummissjoni ppreżentat proposta li tikkjarifika d-drittijiet tal-pazjenti.

Skond il-proposta, in-nies ikunu jistgħu jitolbu l-istess ammont li l-assigurazzjoni tas-saħħa pubblika tagħhom tipprovdilhom għall-istess trattament f'pajjiżhom. Ma jkollhomx bżonn l-approvazzjoni tat-tabib tagħhom għal proċeduri li ma jinvolvux sptarijiet. Madankollu xorta waħda jistgħu jeħtieġu l-awtorizzazzjoni għal trattament fl-isptar barra mill-pajjiż. 

Bħalissa persentaġġ żgħir biss ta' l-Ewropej ifittxu trattament barra l-pajjiż, b'1% biss tal-baġits tas-saħħa nazzjonali użati fuq il-kura tas-saħħa bejn il-fruntieri DeutschEnglishespañolfrançais . Skont stħarriġ PDFEnglish tal-UE, madwar 30% tal-Ewropej ma jafux li huma koperti għal trattament madwar l-UE.

Ir-regoli proposti biex jiġu koperti l-ispejjeż mediċi barra mill-pajjiż huma parti biss mill-pakkett li għandu jkun approvat mill-Parlament Ewropej u l-gvernijiet ta' l-UE biex jidħol fis-seħħ. Il-pakkett jimmira wkoll lejn:

  • it-titjib ta' l-informazzjoni dwar is-servizzi mediċi disponibbli madwar l-UE
  • iċ-ċertezza li l-pażjenti bejn il-fruntieri jirċievu kura ta' livell tajjeb
  • il-garanzija li r-riċetti mediċi huma aċċettati bejn il-fruntieri
  • il-ħolqien ta' netwerks tal-fornituri tal-kura tas-saħħa madwar l-UE, biex iżidu l-aċċess għall-pazjenti lejn kura aktar speċjalizza u jagħtu lok għal qsim ta' riżorsi bejn il-pajjiżi
  • jagħti ċans lill-pazjenti li jfittxu rimedju għad-danni mill-kura tas-saħħa barra mill-pajjiż
  • jassigura t-trasferiment f'waqtu għal informazzjoni importanti, bħall-grupp tad-demm, allerġiji u kundizzjonijiet mediċi magħrufa.

 

Għall-kura b'emerġenza waqt li tkun barra, il-Karta Ewropea ta’Assigurazzjoni fuq is-Saħħa hija indispensabbli. Bħalissa wieħed minn kull tlett Ewropej iġorr miegħu din il-karta b’xejn għal li jista’ jkun jimirdu jew iweġġgħu waqt l-ivvjaġġar.

Id-drittijiet tal-pazjenti: il-mistoqsijiet u t-tweġibiet Englishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli