Mogħdija tan-navigazzjoni

L-użu tal-kannabis qed ivarja war l-quċċata tas-snin 90 - 30/07/2008

Pjanti tal-Kannabis illegali f'kamra mdawla speċifikament għalihom

Il-popolarità tal-kannabis qed tbatti fost iż-żgħażagħ

It-tendenza qed tiġi diskussa f’rapport ta' l-UE dwar il-kannabis English li għandu l-għan li jservi ta' referenza awtoritarja dwar dik li qed tkompli tkun droga kontroversali. B’aktar minn 700 faċċata, ir-rapport ta’ l-EMCDDA, English huwa wieħed mill-aktar stħarriġ komprensiv dwar dan is-suġġett.

Mill-użu mediċinali tal-pjanta fis-seklu 19, ir-rapport li huwa maqsum f’żewġ volumi, isegwi l-istorja tal-kannabis fl-Ewropa, inklużi l-fenomenu tal-“coffee shop” Olandiż u d-dekriminalizzazzjoni fis-snin sittin. Ir-rapport jesplora t-tendenzi ta’ l-użu, l-effetti fuq is-saħħa, it-trattament, il-provvista u l-leġiżlazzjoni - saħansitra l-prezzijiet fl-idejn u l-qawwa tad-droga.

Il-kannabis ilha tiddomina bħala l-aktar droga popolari fl-Ewropa, bi kważi kwart ta’ l-adulti kollha jippruvawha f’xi punt f’ħajjithom. Iżda hija ukoll sors ewlieni ta’ diviżjoni u dibattitu fost dawk li jfasslu l-politika, ix-xjentisti, dawk li jinfurzaw il-liġi u l-attivisti.

“B’riżultat ta’ dan, il-pubbliku għandu kuljum gelgul ta’ informazzjoni dwar il-kannabis, xi ftit minnha bbażata fuq is-sod, iżda bosta drabi qarrieqa," skond id-direttur ta' l-aġenzija Wolfgang Goetz.

Il-pajjiżi ta’ l-UE ivarjaw dwar kif jitrattaw l-użu tal-kannabis b’firxa kbira ta’ liġijiet u proċeduri li jindirizzaw il-kannabis b’livelli differenti ta’ severità. Ir-rapport jaslilna fost tħassib serju li jekk nagħlqu għajn waħda fejn tidħol il-kannabis, nistgħu nagħmlu ħsara lill-ġlieda kontra l-kriminalità internazzjonali.

L-użu tal-kannabis spara 'l fuq fl-Ewropa tul is-snin disgħin, imma issa jidher li qabeż il-punt fejn laħaq il-quċċata. F’xi pajjiżi, l-użu waqaf jiżdied jew anki qabad ibatti. F’oħrajn, iż-żieda m’għadhiex tinħass daqstant.

Ir-rapport jissuġġerixxi sorveljanza mill-qrib u jinnota li l-użu regolari qed isir aktar komuni. Madwar 3m Ewropej jużaw il-kannabis kważi kuljum – jiġifieri xi 1% ta’ l-adulti.

L-aġenzija tiġbor u tippubblika informazzjoni dwar id-droga English minn 30 ċentru nazzjonali, biex tipprovdi ħarsa ġenerali tal-problemi tad-droga fl-Ewropa. Imwaqqfa fl-1993, hija bbażata f’Liżbona, il-Portugall.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli