Mogħdija tan-navigazzjoni

L-UE terġa' taqbeż għal dawk li jużaw il-mowbajl - 17/07/2008

Telefown ċellulari b'sms, fuq 2 passaporti poġġuti fuq mappa ta' l-Ewropa

Il-Kummissjoni ħabbret li se tieħu azzjoni kontra l-qerq bir-ring-tones u r-rati għolja mitluba biex wieħed jibgħat sms jew juża l-internet fuq il-mowbajl meta jkun f'pajjiż ieħor fl-UE.

Tinsab fuq vakanza l-Italja u tixtieq taqsam ma' ħaddieħor l-eċċitament tiegħek li qed tara l-Kolossew għall-ewwel darba. X'tagħmel? Jekk tagħmel bħal ma bosta nies oħra jagħmlu, aktarx li taqbad il-mowbajl u tibgħat SMS lil xi ħabib jew qarib f'pajjiżek.

Li forsi ma ntbaħtx bih huwa li meta tibgħat dawn l-SMSs minn pajjiż għall-ieħor fl-Ewropa, dawn jiġu jiswewlek ftit flus English mhux ħażin. Messaġġ wieħed jiġi jiswa lil turist Franċiż fl-Italja €0.30. Persuna Ċeka jkollha tħallas €0.42. Ingliż fuq vakanza fi Spanja jaf ikollu joħroġ sa €0.63.

Skond il-Kummissarju responsabbli mit-Telekoms DeutschEnglishfrançais, Viviane Reding, dawn il-prezzijiet mhumiex ġustifikati u jeħtieġ li jiġu limitati sa massimu ta' €0.11, mill-medja ta' bħalissa ta' €0.29 fis-27 Stat Membru ta' l-UE.

Fi kliemha stess,"Iċ-ċittadini ta' l-UE għandhom jitħallew liberi li jibgħatu l-SMS minn pajjiż għal ieħor bla ma jinstelħu." "Il-ħlasijiet għar-roaming diġà għal wisq żmien battlu bwiet dawk li jużaw il-mowbajl."

Il-proposti sabiex jiġu stabbilit liġijiet li jobbligaw lill-kumpaniji jqaċċtu l-prezzijiet huma ppjanati għall-ħarifa li ġejja. Din se tkun it-tieni darba fl-istess sena li l-Kummissjoni ħa tkun aġixxiet sabiex taqbeż għal dawk li jużaw il-mowbajl. F'Ġunju 2007, l-UE stabbiliet limiti għall-prezzijiet tat-telefonati English meta wieħed ikun f'pajjiż ieħor fi ħdan l-UE.

Din l-azzjoni ttieħdet wara li l-industrija naqset li tieħu azzjoni volontarja. Kien operatur wieħed biss li rreaġixxa għar-rikjesta tal-Kummissjoni, li fi Frar talbet li jitraħħsu r-rati tar-roaming għall-SMSs.

It-2.5 biljun SMS permezz tar-roaming li jintbagħtu fl-UE jiġu jiswew lil min jibgħathom aktar minn 10 darbiet tal-messaġġi li jibgħatu meta jkunu f'pajjiżhom.

Il-Kummissjoni se tfittex ukoll li ttemm is-sorpriżi koroh li l-konsumaturi tat-telefonija bir-roaming ikollhom jiffaċċjaw meta jaslilhom il-kont ta' l-użu ta' l-internet permezz ta' konnessjoni ċellulari.

Minbarra r-rati tar-roaming, il-Kummissjoni qed tinvestiga r-rappreżentazzjoni qarrieqa tal-prezzijiet li jintalbu għar-ring-tones li wieħed iniżżel mill-internet. Wara investigazzjoni ta' aktar minn 500 websajt madwar l-UE, in-Norveġja u l-Iżlanda, instab li 80% minnhom ta' min jiġu investigati aktar fid-dettall għax jista' jkun li qed jiksru l-liġi tal-konsumaturi. Kontroll simili kien sar fl-2007 fir-rigward tal-linji ta' l-ajru English.

Fost problemi oħra, kien hemm min waqt li qed iniżżel mill-internet ring-tones "b'xejn" inqabad f'nassa u spiċċa daħal f'abbonament bi ħlas. Bosta minn dawn il-websajt huma mmirati għat-tfal u ż-żgħażagħ.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli