Mogħdija tan-navigazzjoni

Mistennija spinta għall-prodotti ambjentali - 16/07/2008

Pakkett ta' miżuri ġodda se jħeġġu lill-manifatturi jipproduċu aktar oġġetti kompatibbli ma' l-ambjent u se jiżgura li dawn ji­ġbdu l-attenzjoni tax-xerrejja.

Il-miżuri – xi wħud obbligatorji, oħrajn volontarji – inġabru flimkien fi pjan tal-kummissjoni English ġdid dwar it-tikkettar ambjentali, l-użu ta' l-enerġija u d-disinn ekoloġiku tal-prodotti. Ilkoll flimkien, dawn il-miżuri kapaċi jnaqqsu l-ammont ta' enerġija li tintuża biex issaħħan, iddawwal u tmantni l-bini bi 30%.

Ix-xejriet tal-produzzjoni u l-konsum tal-lum il-ġurnata jħallu impatti sinifikanti fuq l-ambjent, inklużi l-gassijiet li jikkawżaw l-effett serra, it-tniġġis u t-tnaqqir tar-riżorsi naturali tad-dinja. Imma hemm xi modi faċli kif innaqqsu l-ħsara lill-ambjent bla ma naffettwaw l-kwalità ta' l-għajxien tagħna.

L-UE diġà għandha regoli dwar it- tikkettar rigward l-effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija English. Il-ħwienet li jbiegħu l-apparat tad-dar bħal makni tal-ħasil u fornijiet huma obbligati juru tagħrif dwar il-prestazzjoni tal-makni rispettivi viżavì l-ambjent u l-enerġija. Il-Kummissjoni issa qiegħda tipproponi li testendi din l-iskema għal firxa ferm aktar wiesgħa ta' prodotti, bħal ngħidu aħna, it-twieqi. B'insulazzjoni tat-twieqi aħjar, il-kontijiet tat-tisħin jistgħu jitqaċċtu bi 11% filwaqt li l-gassijiet li jikkawżaw l-effett serra jitnaqqsu b'aktar minn wieħed f'ħamsa.

L-iskema ta' tikkettar hija biss parti waħda mill- politika ta' l-UE dwar is-sostennibilità industrijali English, li tipprovdi inċentivi għall-manifatturi sabiex jiżviluppaw prodotti u metodi ta' produzzjoni aktar kompatibbli ma' l-ambjent. Permezz ta' dan, l-Ewropa tiġi mgħejuna tibqa' fl-avangwardja f'dan is-settur, quddiem l-ekonomiji emerġenti bħaċ-Ċina u l-Indja.

L-awtoritajiet pubbliċi għandhom jagħtu sehemhom ukoll biex jiżguraw li jkun hemm konsum u produzzjoni sostenibbli. Il-gvernijiet nazzjonali, reġjonali u lokali fl-UE jonqfu parti konsiderevoli tal-PGD ta' pajjiżhom fuq xogħolijiet ta' bini, trasport, tindif u servizzi jew prodotti oħra. Il-pjan il-ġdid jiffissa miri li jħeġġu lil dawn l-awtoritajiet jonfqu u jinvestu direttament fi prodotti li jirrispettaw l-ambjent.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli