Mogħdija tan-navigazzjoni

L-attrazzjonijiet fatali li potenzjalment iġib miegħu s-sajf – l-ilma u x-xemx - 14/07/2008

Għal bosta nies, l-ilma u x-xemx huma l-essenza tas-sajf – faċli wieħed jinsa l-perikli.

Ta' kull sena, fl-UE, iseħħu madwar 200,000 inċident fis-swimming pools u madwar 50,000 inċident ieħor huma marbuta ma' l-użu tad-dgħajjes, l-isnorkelling u sports ieħor konness ma' l-ilma. Fost it-tfal, it-tieni l-aktar mod kif imutu huwa billi sfortunatament jgħerqu.

Madankollu, il-biċċa l-kbira ta' l-inċidenti li jsiru fl-ilma nistgħu nilqgħulhom permezz ta' xi miżuri bażiċi tas-sikurezza. L-Alleanza Ewropea għas-Sikurezza tat-Tfal u l-UE ppubblikaw linjigwida ġodda għal-lukandi, l-operaturi ta' l-ivvjaġġar u n-negozji li joffru d-divertiment, bil-ħsieb li jiġu protetti t-turisiti. Dawn l-istabbilimenti ngħatawlhom dawn ir-rakkomandazzjonijiet:

  • jiċċekkjaw iż-żoni fejn hemm l-ilma u l-attivitajiet li jinvolvu l-ilma ħalli jaraw jekk hemmx xi riskji, speċjalment għat-tfal
  • jipprovdu apparat li jgħin biex wieħed iżomm f'wiċċ l-ilma u tagħmir ieħor adattat – u jiżguraw li dan ikun ta' daqs xieraq
  • ikollhom persunal imħarreġ kif jixraq u pjan ta' emerġenza stabbilit.

 

Il-kards Ewropej tas-saħħa jserrħulek rasek

Jekk se tmur għall-vakanzi tiegħek x'imkien ieħor fl-UE dan is-sajf, kun ċert li tieħu miegħek il-kard Ewropea ta' l-assikurazzjoni tas-saħħa. Madwar 173 miljun persuna diġà akkwistaw waħda, jiġifieri 36% tal-popolazzjoni ta' l-UE. Din il-kard – li nbdiet erba' snin ilu – tkopri l-kura tas-saħħa f'każ ta' emerġenza f'31 pajjiż Ewropew, li huma l-membri ta' l-UE flimkien ma' l-Iżvizzera, in-Norveġja, l-Iżlanda u l-Liechtenstein.

Kważi kull min huwa kopert mill-kura tas-saħħa pubblika nazzjonali fi kwalunkwe wieħed minn dawk il-pajjiżi huwa intitolat li jkollu din il-kard. Il-kard ma tħallasx għaliha. Staqsi lil min jipprovdilek il-kura tas-saħħa dwar kif tapplika għaliha. Tajjeb li tiftakar dejjem: din il-kard hija biss għall-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa pubbliċi, u mhux dawk privati!  

Tħallix ix-xemx tidħaq bik!

Mhux faċli tevita l-esponiment għax-xemx fis-sajf. Meta tgħażel liema prodott li jħarsek mir-raġġi tax-xemx English se tixtri, aqra t-tikketta u kun ċert li dan jagħtik l-protezzjoni li teħtieġ.

Agħżel prodotti li joffru protezzjoni kemm kontra r-raġġi tax-xemx UVA kif ukoll dawk UVB, li huma ż-żewġ tipi magħrufa li jagħmlulna l-ħsara. Żomm f'moħħok li l-prodotti kontra x-xemx, anke dawn imsejħa "sunblocks", fil-fatt ma jistgħu qatt jipprovdu protezzjoni totali jew bla limitu. U – jekk ikun applikat kif suppost – Factor 15-25 jista' jkun effettiv daqs Factor 50 jew ogħla.

Il-biċċa l-kbira tal-prodotti li jħarsuk mix-xemx mibjugħa fl-UE, skond ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni, issa għandhom tikketti ġodda li faċli tifhimhom.

Imma sseraħx iżżejjed fuq is-sunscreens.Evita s-sigħat meta l-aktar tisreġ ix-xemx, tgħatta kemm tista' u żomm it-trabi u t-tfal żgħar 'il hinn minn esponiment dirett.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli