Mogħdija tan-navigazzjoni

Żmien li naħsbu fl-ambjent! - 03/06/2008

Il-logo tal-ġimgħa ambjentali. Mappa tad-Dinja fuq karta mgħaffġa u slogan, Dinja waħda biss – nieħdu ħsiebha

Opportunità li niddibattu u naġġornaw irwieħna dwar l-aktar ideat riċenti hekk kif tibda l-ġimgħa ambjentali 2008 fi Brussell. “Dinja Waħda Biss – Nieħdu ħsiebha!”

Ir-riżorsi naturali, l-immaneġġjar ta’ l-iskart, il-produzzjoni u l-konsum - dawn huma biss ftit mill-kwistjonijiet li qed jiġu kkunsidrati fil-ġimgħa ambjentali English ta’ din is-sena (3-6 ta’ Ġunju).

F’din it-8 sena tagħha, il-ġimgħa ambjentali mistennija tiġbed eluf ta’ parteċipanti.

Matul il-ġimgħa, rappreżentanti mis-soċjetà ċivili, negozju u gvern se jaqsmu l-esperjenzi tagħhom f’attentat li jiksbu xi risposti għal mistoqsijiet fundamentali.

  • Kif jistgħu l-kumpaniji Ewropej jibqgħu kompetittivi filwaqt li jużaw riżorsi naturali b’mod sostenibbli?
  • Jistgħu l-proġetti kbar ta’ kostruzzjoni bħall-Olimpjadi ta’ l-2012 f'Londra verament ikunu favur l-ambjent?
  • Kif nistgħu nikkunsmaw bil-għaqal?
  • X’inhu l-aħjar mod biex nirriċiklaw?
  • Kif tista’ l-Ewropa ssolvi l-problema ta’ l-iskart?
  • Kif nistgħu nagħmlu t-trasport aktar ambjentali?

Is-sostenibbiltà hija t-tema prinċipali ta' pjan ta' azzjoni ġdid tal-Kummissjoni. Dan se jiffoka fuq il-produzzjoni, konsum u l-politika industrijali.

Il-ġimgħa ambjentali se tkun qed turi wkoll proġetti innovattivi minn madwar l-Ewropa. se jingħataw premijiet Ewropej għan-negozju lill-aktar kumpaniji ambjentalment innovattivi, filwaqt li l-premijiet ambjentali LIFE English se jintrebħu minn għażla ta’ proġetti avvanzati li kienu parzjalment iffinanzjati mill-Kummissjoni.

Ir-reġistrazzjoni onlajn għall-ġimgħa ambjentali issa skadiet, imma xorta għadek tista’ tirreġistra billi tiġi fil-bini ewlieni - Charlemagne.

Il-ġimgħa ambjentali live (webstreaming) DeutschEnglishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli