Mogħdija tan-navigazzjoni

Għawm nadif fl-Ewropa das-sajf - 02/06/2008

Għawwiem ħiereġ mill-baħar

L-għawwiema jistgħu jaqbżu fl-ilma b’moħħom mistrieħ għax il-parti l-kbira taż-żoni ta’ l-għawm fl-Ewropa jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità.

Ġej is-sajf u miljuni ta' għawwiema lesti biex imorru fil-bajjiet Ewropej. Imma nafu kemm hu nadif l-ilma li ngħumu fih English? Din il-ġimgħa l-Kummissjoni adottat ir-rapport annwali tagħha dwar l-ilma ta' l-għawm b'riżultati inkorraġġanti. Xi 95% tas-siti kostali u 89% tax-xmajjar u għadajjar issa jissodisfaw ir-rekwiżiti legali tal-kwalità

’Il fuq minn 21,000 żona ġew eżaminati fl-2007, u kien hemm inqas lokalitajiet li tneħħew mill-listi nazzjonali mis-sena l-oħra. Din aħbar tajba imma l-UE għadha tinsisti li l-pajjiżi membri jibqgħu jieħdu ħsieb is-sors tat-tniġġis minflok ineħħu s-siti maħmuġa.

L-ilma ta' l-għawm jiġi analizzat kull sena abbażi kriterji fiżiċi, kimiċi u batterjoloġiċi. Il-liġi ta' l-UE tistipola livelli minimi li jridu jiġu rrispettati mill-gvernijiet nazzjonali, u kriterji oħra għall-pajjiżi li jridu jmorru oltre.

Għal vaganza bla inkwiet, agħti ħarsa lejn ir-rapporti annwali English   u l- mapep interattivi DeutschEnglishespañolfrançaisitalianomagyarpolski fuq is-sit dwar l-ilma ta' l-għawm tal-Kummissjoni

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli