Mogħdija tan-navigazzjoni

L-Ewropa tiċċelebra l-identità u l-wirt marittimu tagħha - 21/05/2008

Mil-lum 'il quddiem, l-20 ta' Mejju se jkun il-jum marittimu.

L-ibħra Ewropej huma mhedda mit-tniġġis u d-degradazzjoni ta' l-ekosistemi mis-sajd żejjed, it-tixrid taż-żejt u t-tibdil klimatiku. Il-politika marittima DeutschEnglishfrançais ġdida ta' l-UE tipprovdi rispons integrat għal dan it-theddid u strateġija kostruttiva għal kapitalizzazzjoni fuq l-assi tar-reġjuni kostali Ewropej.

Il-jum annwali marittimu DeutschEnglishfrançais huwa maħsub biex iqajjem għarfien fost il-pubbliku dwar l-importanza ta' l-ibħra Ewropej, jisħaq l-importanza ekonomika ta' l-industrija marittima u jgħolli l-profil tar-reġjuni kostali. Se jippromwovi wkoll l-identità marittima Ewropea u jenfasizza l-mod kif l-ibħra jistgħu jgħinu lill-Ewropa tilħaq l-isfidi tal-globalizzazzjoni.

L-UE hija attiva wkoll fil-ħarsien u preservazzjoni ta' l-ambjent marittimu, billi tisħaq għal livelli ta' sigurtà aktar stretti u tiġġieled kontra s-sajd illegali.

L-ewwel jum marittimu Ewropew jinkludi konferenza dwar l-istrateġiji reġjonali lejn il-politika marittima u l-implimentazzjoni tagħha.

Matul l-istess ġimgħa qed iseħħu wkoll diversi ċelebrazzjonijiet reġjonali:

  • il-Ġimgħa tal-Baħar Nederlands, avveniment marittimu ewlieni – l-Olanda mill-24 ta' Mejju
  • RORO 2008 English, avveniment għall-industrija tat-tbaħħir - Gothenburg, l-Iżvezja, sat-22 ta' Mejju
  • t-68 edizzjoni tal-fiera internazzjonali tas-sajd Englishitaliano - Ancona, l-Italja, bejn it-23u l-25 ta' Mejju.

Eżempju ta' l-attenzjoni ta' l-UE fuq il-kwistjonijiet marittimi hija l-ħidma għas-salvagwardja tas-sajd għat-tonn tal-Lvant. Din is-sena, hemm riskju kbir li għal darb'oħra jsir sajd żejjed minħabba l-kapaċità eċċessiva tal-flotta tas-sajd Ewropea.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli