Mogħdija tan-navigazzjoni

Bla data ma mmexxux! - 13/05/2008

L-UE titlob lill-industrija sabiex tirreġistra l-kimiċi bi tħejjija għar-regolament il-ġdid tar-"REACH" dwar il-kimiċi u l-użu bla perikli tagħhom.

L-iskadenza taż-żmien allokat għar-reġistrazzjoni tal-kimiċi dalwaqt magħna. Permezz tal-"pre-reġistrazzjoni" bejn l-1 ta' Ġunju u l-1 ta' Diċembru, l-importaturi u l-manifatturi jistgħu jevitaw li jkun hemm ittestjar bla bżonn u jmexxu 'l hinn l-iskadenza għar-reġistrazzjoni kompleta.

Ir-regoli tar-REACH English jobbligaw lill-kumpaniji kollha bbażati fl-UE li jirreġistraw (jew jippre-reġistraw) il-kimiċi English li jimmanifatturaw jew jimportaw fi kwantitajiet sinifikanti, jiġifieri tunnellata jew aktar fis-sena. Id-data li jissottomettu tintuża biex jiġu kkalkulati r-riskji għas-sigurtà u jiġi evalwat kif il-kimiċi jistgħu jaffettwawlna saħħitna u l-ambjent ta' madwarna.

Kif spjega l-Kummissarju inkarigat mill-Ambjent, Stavros Dimas, "REACH hija l-aktar leġiżlazzjoni dwar il-kimiċi ambizzjuża fid-dinja. "Din se tagħti kontribut imprezzabbli għall-amministrazzjoni bla perikli tal-kimiċi fl-UE." L-obbligi tal-pre-reġistrazzjoni u r-reġistrazzjoni jkopru 'l fuq minn 30,000 sustanza (aċti, metalli, solventi, eċċ.).

Il-pre-reġistrazzjoni se tgħin lin-negozji jaqsmu bejniethom id-data u jnaqqsu l-ispejjeż billi jevitaw l-ittestjar bla bżonn. U permezz tagħha jkollhom aktar żmien sabiex jeffettwaw reġistrazzjoni kompleta. L-aġenzija Ewropea tal-kimiċi (ECHA) ipproponiet estenzjonijiet ta' l-iskadenza ta' 3-11-il sena għall-kumpaniji li jwettqu l-pre-reġistrazzjoni.

Kull kumpaniji li ma twettaqx il-pre-reġistrazzjoni bejn l-1 ta' Ġunju u l-1 ta' Diċembru 2008 se jkollha twaqqaf il-produzzjoni jew l-importazzjoni minnufih. Biex terġa' tibda, imbagħad, ikollha teżegwixxi l-proċeduri tar-reġistrazzjoni sħiħa.

Fid-29 ta' April, l-uffiċċju Ewropew tal-kimiċi (ECB English ) iċċelebra l-ewwel ħmistax-il sena tiegħu mindu beda jissorvelja l-kimiċi perikolużi. Il-perjodu tal-pre-reġistrazzjoni se jibda dakinhar stess meta l-ECB se jgħaddi l-mandat tiegħu uffiċjalment lill-aġenzija l-ġdida ECHA.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli