Mogħdija tan-navigazzjoni

M'hemmx limitu ta' età għall-abbuż mid-droga - 05/05/2008

Flixkun pilloli u siringa

Tbassir inkwetanti rigward l-abbuż minn sustanzi mediċinali fost l-adulti mdaħħla fiż-żmien.

Donnhom innoċenti u bla periklu, imma l-użu tal-mediċini li jistgħu jinxtraw bla ordni tat-tabib mill-popolazzjoni Ewropea li dieħla fiż-żmien qiegħed kull ma jmur isir dejjem aktar inkwetanti. Il-mediċini kontra l-uġigħ u l-pilloli biex wieħed jorqod, li m'hemmx għalfejn jordnahomlok it-tabib jistgħu jwasslu wkoll għal effetti sekondarji inkwetanti, li spiss wieħed ma jagħtix kashom sakemm ikun tard wisq.

L-aħħar rapport English miċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Drogi ta stima li sa l-2020, in-numru ta' nies li jbatu minn disturbi kkawżati mill-użu ta' sustanzi mediċi se jkun aktar mid-doppju ta' dak li kien fl-2001. U filwaqt li l-użu illeċitu tad-drogi aktarx jiġi assoċjat maż-żgħażagħ, il-ġenerazzjonijiet aktar imdaħħlin fiż-żmien qegħdin kull ma jmur jinlaqtu dejjem aktar ukoll minn dan il-fenomenu. Bejn l-2002 u l-2005, il-proporzjon ta' pazjenti fuq l-40 li ngħataw kura minħabba l-użi ta' l-'opiate' tela' minn 8.6% għal 17.6%,

Dan il-fenomenu għad iwassal biex ikun hemm pressjoni akbar fuq is-servizzi tas-saħħa fl-UE. Fi kliem id-direttur ta' l-aġenzija ta' l-UE inkarigata mid-drogi English, Wolfgang Götz, "Il-programmi li s-soltu huma indirizzati l-aktar lejn iż-żgħażagħ se jkollhom jadattaw irwieħhom sabiex jgħinu lil gruppi tal-popolazzjoni ta' età akbar." Meta wieħed iqis il-popolazzjoni Ewropea kull ma jmur dejjem qed tixjieħ – sa l-2028 aktar minn kwart se jkollhom 65 sena jew aktar – wasal il-waqt li nibdew inħejju rispons adegwat.

Ir-rapport jenfasizza għadd ta' oqsma fejn jista' jseħħ titjib:

  • l-identifikazzjoni u l-monitoraġġ ta' l-użu problematiku tal-mediċini li jistgħu jinxtraw bl-ordni tat-tabib jew mingħajrha
  • l-antiċipazzjoni tal-ħtiġijiet ta' dawk imdaħħlin fiż-żmien li jużaw id-drogi illeċiti f'dawk li huma l-kura kontra d-dipendenza u s-servizzi tas-saħħa
  • l-għarfien ta' problemi konnessi ma' l-alkoħol u l-kombinazzjoni possibbli tagħhom ma' l-abbuż mid-droga
  • it-tfassil ta' kura xierqa u effettiva - l-għamliet ta' kura eżistenti jista' jkun li jeħtieġilhom jinbidlu jew inkella forom ġodda jiġu żviluppati

L-adulti mdaħħla fiż-żmien li jużaw is-sustanzi mediċinali spiss ikollhom kuntatt regolari mas-servizzi mediċi, imma l-użu ħażin tal-mediċini min-naħa tagħom spiss ma jiġix innutat jew jiġi djanjossat b'mod żbaljat. It-tobba mhumiex imħarrġa sabiex jintebħu bis-sinjali ta' medikazzjoni żejda, u r-rapport jidentifika li fl-aħħar mill-aħħar dan jista' jsarraf f'aktar spejjeż peress li l-kundizzjonijiet ikomplu jiggravaw. Allura, jkompli r-rapport, "l-infiq kumplessiv fuq il-grupp tal-popolazzjoni ta' età aktar avvanzata jista' fil-fatt jitnaqqas billi jsiru interventi effettivi f'waqthom".

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli