Mogħdija tan-navigazzjoni

L-ixkaffa mhux post il-prodotti perikolużi - 17/04/2008

Skond ir-rapport annwali tar-RAPEX, il-konsumaturi Ewropej huma protetti aktar minn qatt qabel grazzi għas-sorveljanza nazzjonali mtejba.

L-impenn ta' l-UE biex issib u tneħħi l-prodotti perikolużi għall-konsumatur mis-suq qed jagħti l-frott tiegħu – is-sena l-oħra is-sistema ta' twissija rapida RAPEX English segwiet 1 605 rapport ta' prodotti perikolużi – 53% aktar mill-2006.

B'mod ċar, il-pajjiżi qed jiċċekkjaw il-prodotti b'mod aktar effettiv u r-rapport annwali ta' l-2007 English juri li r-rapporti qed jaslu minn pajjiżi li qabel ma kinux daqshekk attenti.

Fuq quddiem nett tal-lista tal-prodotti rappurtati fl-2007, insibu l-ġugarelli (417), segwiti mill-vetturi bil-mutur (197), apparat elettriku (156) u kożmetiċi (81). Tista' tiċċekkja l-listi ta' notifika English biex tara liema prodotti ġew rappurtati minħabba li kkawżaw korriment jew fgar, taw xokk elettriku jew ikkawżaw nar.

Għal darb'oħra, il-biċċa l-kbira tar-rapporti waslu għal prodotti miċ-Ċina (700). F'impenn biex tiġġieled dan, f'Ġunju, il-Kummissjoni se torganizza laqgħa fiċ-Ċina  biex tinforma lill-uffiċjali u l-manifatturi Ċiniżi dwar il-proposta l-ġdida dwar is-sigurtà tal-ġugarelli English u tqajjem kwistjonijiet oħra dwar is-sigurtà. Hemm pprogrammat ukoll samit bejn l-UE, l-Amerika u ċ-Ċina dwar is-sigurtà tal-prodotti, li għandu jsir f'Brussell f'Novembru.

"L-għan ta' RAPEX u mekkaniżmi oħra dwar is-sigurtà huwa li jassiguraw li ċ-ċittadini ta' l-UE ikunu jistgħu jixtru b'moħħhom mistrieħ mingħajr ma jinkwetaw li jridu jiddistingwu bejn prodotti siguri minn dawk perikolużi" qalet il-Kummissarju għall-ħarsien tal-konsumatur Meglena Kuneva.

Aktar tagħrif dwar l-għoti tas-setgħa lill-konsumatur English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli