Mogħdija tan-navigazzjoni

L-abbuż ta' l-alkoħol jeqred il-ħajja ta' persuni madwar l-UE - 16/04/2008

Ir-reġjun dinji l-aktar milqut minn dan il-fenomenu tax-xorb jaġixxi biex iwaqqaf l-abbuż ta' l-alkoħol hekk kif il-figuri juru xejriet inkwetanti.

Meta sempliċi drink mal-ħbieb jispiċċa f'abbuż perikoluż? B'200 000 mewt kull sena madwar l-Ewropa mill-abbuż ta' l-alkoħol jidher li għal ħafna l-linja bejn ix-xorb responsabbli u dak abbużiv għadha mhix ċara. 

Ix-xorb minn persuni taħt l-età u l-inċidenti tat-traffiku relatati ma' l-alkoħol (kwart ta' l-inċidenti tat-traffiku kollha) qed jikkawżaw biża' madwar l-Ewropa. Filwaqt li dwak il-pajjiżi li jippruvaw u jbiddlu s-sitwazzjoni fit-toroq tagħhom, ir-reklamar u l-bejgħ ta' l-alkoħol transkonfinali jistgħu jxekklu dawn l-isforzi.

L-aktar vulnerabbli huma ż-żgħazagħ. Persuna minn kull erba' li tmut ikun ġuvni (bejn il-15-29 sena) riżultat ta' l-inċidenti relatati ma' l-alkoħol u stħarriġ Englishfrançais riċenti juri li 19% taż-żgħażagħ bejn il-15-24 sena jixorbu mill-inqas ħames unità ta' alkoħol f'sessjoni waħda.

Kif ukoll titwaqqaf strateġija biex jiġu indirizzati l-problemi ta' l-alkoħol English , madwar l-Ewropa, l-UE stabbiliet il-forum Ewropew fuq l-alkoħol u s-saħħa English (40 negozju u organizzazzjonijiet mhux governattivi) biex jikkontrolla x-xorb taħt l-età, iqajjem kuxjenza ta' l-effetti ta' l-abbuż ta' l-alkoħol u tingħata spinta lill-bejgħ responsabbli u l-metodu tar-reklamar.

Filwaqt li kienet qed titkellem fil-forum, il-Kummissarju għas-saħħa Vassiliou enfasizzat it-traġedja soċjali ta' l-abbuż ta' l-alkoħol: "Il-konsum aċċessiv ta' l-alkoħol jikkawża dannu għas-saħħa u jkisser il-perspettivi ta' l-edukazzjoni u x-xogħol ta' daqstant żgħażagħ u f'ħafna każi joqtolhom meta jkun għad għandhom ħajjithom quddiemhom".

Il-forum stipula 78 impenn li jinkludu:

  • jitħarrġu l-bejjiegħa fil-ħwienet u bars dwar kif għandhom jitrattaw liż-żgħażagħ meta dawn jippruvaw jixtru l-alkoħol illegalment
  • nassiguraw li l-qwiebel jinfurmaw lin-nisa dwar il-periklu tax-xorb waqt li jkunu qed jippruvaw jinqabdu tqal jew qed jistennew tarbija
  • it-tisħiħ tar-rwol tal-gruppi ta' għajnuna

Il-forum se jikseb ukoll għajnuna xjentifika minn bord ta' esperti u jiġbor ideat u l-aqwa prattiċi, jidentifika l-oqsma fejn tinħtieġ l-għajnuna u jassigura li jaħdmu b'mod effiċjenti.

Kun af aktar dwar id-danni kkawżati mill-alkoħol fl-Ewropa DeutschEnglishespañolfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli