Mogħdija tan-navigazzjoni

Trid tahdem favur l-ambjent? - 25/03/2008

Mara ssuq rota f'belt Portugiża

Filwaqt li t-tħassib ambjentali sar ta' importanza għall-Ewropej, l-azzjoni konkreta qed tonqos milli sseħħ.

L-aħħar stħarriġ dwar l-attitudni ta' l-Ewropej lejn l-ambjent DeutschEnglishfrançais wera li 96% ta' l-Ewropej jaraw importanti li ssalva d-dinja, iżda ftit huma tassew lesti li jagħmlu l-ewwel pass huma stess billi jbiddlu l-imġieba tagħhom.

Għalkemm ħafna minna nafu li għandna dmir x'naqdu fil- ħarsien lejn l-ambjent, rarament naraw l-abitudnijiet tagħna bħala problema. Għalhekk huwa improbabbli li naġixxu favur l-ambjent billi nużaw inqas il-karozza tagħna jew nagħzlu prodotti li jiffavorixxu l-ambjent.

Filwaqt li naraw intenzjonijiet tajba, dawn mhumiex qed iseħħu fil-prattika. Minflok, jidher li l-Ewropej qed jistennew li jkunu l-gvernijiet jieħdu azzjoni. Żewġ terzi jiffavorixxu deċiżjonijiet relatati ma' l-ambjent li jittieħdu b'mod konġunt fuq livell pan-Ewropew filwaqt li 82% jaqblu dwar il-ħtieġa ta' liġijiet Ewropej. Il-messaġġ huwa ċar – agħmel azzjonijiet favur ambjent regola u mhux għażla.  

Madankollu, hemm bosta modi kif nistgħu nikkontribwixxu biex inaqqsu t-tniġġis ambjentali tagħna. Sabiex inħeġġu lin-nies jieħdu azzjoni, l-UE bniet numru ta' siti web b'suġġerimenti dwar kif nistgħu nbiddlu l-attitudni tagħna ta' kuljum .

L-istħarriġ jiżvela wkoll li l-għarfien dwar il-kwistjonijiet ambjentali jvarjaw minn pajjiz għall-ieħor. Dawk l-aktar infurmati jinsabu fit-Tramuntana u fil-Lvant ta' l-UE, filwaqt li hemm tendenza li l-persuni li jħossuhom l-inqas infurmati jorġinaw min-Nofsinhar u mill-pajjiżi membri ġodda ta' l-UE.

Din is-sena l-belt Kroata ta' Koprivinca English għamlet impatt fuq il-kalendarju ambjentali hekk kif rebħet il-premju għall-ġimgħa Ewropea għall-mobilità English 2008. Il-kontribuzzjoni tagħha lejn il-protezzjoni ambjentali tinkludi l-promozzjoni tall-mixi u l-użu tar-roti, kif ukoll l-allokazzjoni mill-ġdid ta' l-ispazju fit-toroq għat-traffiku mhux bil-magni u ż-żieda ta' l-użu ta' fjuwils alternattivi fit-trasport pubbliku.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli