Mogħdija tan-navigazzjoni

Nikbru b'dinjità – nipproteġu lill-anzjani mill-abbuż - 17/03/2008

Raġel anzjan waħdu fuq wheelchair f'ambjent istituzzjonali u b'kelb ma' ġenbu

L-anzjani huma intitolati għall-protezzjoni mill-abbuż li għandna x'nifhmu huwa mifrux fis-soċjetà. Konferenza ta' l-UE tikxef veritajiet skonfortanti u tisħaq kura aħjar.

Ilkoll niffaċċjaw il-possibbiltà li meta nixjieħu niġu dipendenti fuq ħaddieħor. Kemm aħna kunfidenti li mhux se niġu traskurati jew abbużati meta nkunu l-aktar vulnerabbli?

Bħalissa bosta fostna ma tantx jinsabu ċerti - stħarriġ riċenti ta' l-UE wera li 47% iħossu li f'pajjiżhom l-abbuż fost l-anzjani huwa mifrux. Issa l-UE tinsab minn ta' quddiem biex issolvi din il-kwistjoni.

Il-konferenza ta' l-UE dwar l-abbuż fuq l-anzjani DeutschEnglishfrançais li seħħet din il-ġimgħa qed tgħaqqad flimkien esperti u persuni li jfasslu l-politika biex iqajmu kuxjenza u jmexxu dibattitu ħieles li jiffaċċja l-veritajiet skonfortanti.

F'xi każijiet, l-abbuż huwa intenzjonat – adulti jisirqu flus mill-ġenituri anzjani tagħhom jew djar tax-xjuħ li jagħmluużu qawwi mit- trankwillanti. Madankollu l-biċċa l-kbira ta' l-abbuż isir f'forma ta' nuqqas ta' attenzjoni, meta dawk li jieħdu ħsiehom m'għandhomx ir-riżorsi biex jagħmlu xogħolhom sew jew sempliċiment ma jistgħux ilaħħqu.

B'tbassir li 12% tal-popolazzjoni se jkollha 80 sena u aktar sa l-2050, aktar u aktar persuni se jkunu dipendenti fuq qraba jew professjonisti biex jissodisfaw il-bżonnijiet tagħhom għall-kura. L-azzjoni ta' l-UE dwar il-politika tas-saħħa taħdem biex tittratta xi kwistjonijiet li taħbat wiċċha magħhom il-popolazzjoni anzjana.

"L-Istati Membri qed jibdew jappoġġjaw aħjar professjonisti u qraba permezz ta' taħriġ u gwida", spjega l-Kummissarju ta' l-affarijiet soċjali Vladimír Špidla, qabel il-konferenza. Hu qal li l-kura ta' l-anzjani għandha tkun koperta mil-leġiżlazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tkun imħaddna mill-gruppi ta' appoġġ u numri tat-telefown speċjali intiżi biex iwaqqfu l-abbuż.

L-esperti jikkunsidraw li d-dibattitu pubbliku fuq l-abbuż u n-nuqqas ta' attenzjoni fuq l-anzjani jinsab fl-istess ilma fejn kien id-dibattitu dwar l-abbuż fuq it-tfal għoxrin jew tletin sena ilu – jiġifieri għadna kemm qed nibdew nitkellmu dwaru. It-tama hi li bl-istess mod immexxuh 'il quddiem fl-aġenda politika.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli