Mogħdija tan-navigazzjoni

Mara b’basket ġo rasha

Kampanja Ewropea dwar il-konsumatur verament effettiva magħrufa biex tkabbar l-għarfien dwar id-drittijiet tal-konsumatur.

U r-rebbieħa tal-konkors fil-kampanja Ewropea dwar il-konsumatur hija: il-Finlandja - bil-logħba fuq il-web biex teduka lill-konsumaturi ż-żgħażagħ dwar drittijiethom u r-responsabbiltajiet li għandhom bħala xerrejja onlajn. Ir-riżultati tal-kompetizzjoni tħabbru dalgħodu mill-Kummissarju għall-affarijiet tal-konsumatur, Meglena Kuneva. L-Irlanda, ir-Renju Unit, l-Ungerija, l-Estonja u n-Norveġja wkoll rebħu premijiet f’kategoriji speċjali. Din hija l-ewwel kompetizzjoni ta’ l-UE li qatt saret biex jinsabu l-aktar kampanji nazzjonali dwar id-drittijiet tal-konsumatur effettivi.

B’kollox, kien hemm 27 nominat għall-ewwel premju ta' l-UE fil-kampanja tal-konsumatur English, u kienu jkopru firxa wiesgħa ta’ suġġetti – id-drittijiet tal-passiġġieri ta’ l-ajru, il-serq fuq l-internet, ir-riklami qarrieqa, u t-tagħrif dwar l-ikel.

Minn issa 'l quddiem, biex infakkru l-jum Ewropew tal-konsumatur English (15 ta’ Marzu), dan il-premju se jingħata kull sena għall-aktar kampanja nazzjonali li għamlet suċċess biex tgħarraf lill-konsumaturi dwar drittijiethom.

Il-konsumatur mgħarraf sew jgħin biex jifforma s-suq u jagħti spinta lill-kompetizzjoni. Din is-sena il-jum Ewropew dwar il-konsumatur se jiffoka fuq il-fatt li l-konsumaturi mhux dejjem jistgħu jagħmlu għażliet imsejsa fuq it-tagħrif. Per eżempju, meta ma tkunx tista’ tara l-prezzijiet sew jew ma tistax faċilment tqabbel l-offerti. Il-politika tal-konsumatur għandha bżonn tikkoreġi dawn l-affarijiet.

L-idea wara l-jum tal-konsumatur hi li żżid l-għarfien ta' l-Ewropej f'dawk li huma kwistjonijiet tal-konsumatur permezz ta' avvenimenti organizzati madwar l-Ewropa, ċentri mobbli ta' l-informazzjoni u seminars dwar id-drittijiet tal-konsumatur.

Għandek problema bi prodott li xtrajt minn pajjiż ieħor fl-UE?Ikkuntattja lin-Netwerk Ewropew taċ-Ċentri tal-Konsumatur English.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli