Mogħdija tan-navigazzjoni

Żewġt itfal iħarsu lejn kompjuter

Siti web ta' netwerking soċjali, chat rooms, logħob onlajn – kollha modi kif persuni jissoċjalizzaw, iżda meta dan jagħmluh it-tfal, it-tħassib hu: ma min jissoċjalizzaw?

Il-programm ta' l-UE għal internet aktar sikur English jibni fuq salvagwardji eżistenti English u jmur lil hinn, mhux biss mill-ġlieda kontra l-kontenut illegali iżda wkoll li jegħleb il-problema tal-bullying u l-grooming fuq it-tfal.

“F’dawn l-aħħar snin l-UE tat kontribut kbir biex l-internet isir post aktar sikur għat-tfal, iżda l-ħidma għadha ma spiċċatx,” spjegat il-Kummissarju għas-soċjetà ta' l-informatika, Viviane Reding. Bil-programm il-ġdid, l-Ewropa se tmexxi l-qasam fil-ħarsien taż-żgħar minn abbużi fuq l-internet.

Sabiex tiżgura li l-proposti huma rilevanti għal kif it-tfal tassew jużaw l-internet u l-mowbajls, dawn huma bbażati fuq rakkomandazzjonijiet li saru miż-żgħażagħ infushom matul il-ġurnata tal-forum żgħażagħ għal internet aktar sikur English.

B'baġit ta' €55m, il-programm il-ġdid propost se:

  • Jiffaċilità r-rapport ta' kontenut illegali u kondotta ħażina – b'mod partikolari materjal u grooming ta' abbuż fuq it-tfal
  • Jinvolvi lit-tfal u żgħażagħ biex jagħmlu l-ambjent onlajn aktar sikur permezz ta' bord magħmul miż-żgħażagħ
  • iħeġġeġ l-awtoregolamentazzjoni ta' l-industrija
  • Iqajjem kuxjenza fost it-tfal, il-ġenituri u l-għalliema għat-titjib ta' sorsi ta' konsulenza u tagħrif dwar l-aqwa prattika
  • ilaqqa' r-riċerkaturi li jaħdmu għas-sikurezza tat-tfal onlajn madwar l-Ewropa, biex jaqsmu l-għarfien tagħhom u jibnu bażi ta' esperti

Iżda dan kollu huwa neċessarju? Huwa minnu li t-tfal jinjoraw ir-riskji li jħabbtu wiċċhom magħhom? Fl-2007 stħarriġ dettaljat English wera li filwaqt li t-tfal jużaw l-internet u l-mowbajls b'mod kreattiv u huma konxji tal-prekawzjonijiet li jeħtieġu, bosta amettew għal-imġieba ħażina. Uħud ammettew li kienu bullied waqt li kienu onlajn, oħrajn li kellhom kuntatt ma' xi persuni li ma jafux.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli