Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-benessri tal-konsumatur fuq quddiem - 31/01/2008

Konsumatur juża qarrej tal-barcodes f'ħanut

Sistema ġdida se tgħinek tqabbel il-prezzijiet tal-prodotti u s-servizzi f'pajjiżi differenti ta' l-UE.

Għalfejn il-prezz ta' kamera diġitali jista' jvarja b'30% minn Stat membru għal ieħor? Għal-liema raġuni, f'ċerti pajjiżi l-ġestjoni ta' kont bankarju huwa b'xejn u f'oħrajn huwa bi ħlas? Naturalment, sa ċertu punt id-differenzi fl-istili ta' ħajja minn reġjun għall-ieħor jaffettwaw il-prezzijiet. Madankollu, huwa diffiċli li tiġi evitata l-konklużjoni li xi prezzijiet għoljin huma riżultat ta' barrieri għal kompetizzjoni ħielsa, jew ta' sistemi ta' prezzijiet mhux ċari li jimpedixxu l-aħjar għażla għall-konsumatur.

L-Ewropej għandhom id-dritt li jirċievu riżultati konkreti mis-suq uniku. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni introduċiet strument ġdid għall-monitoraġġ tas-swieq tal-prodotti għall-konsum - il-Consumer MarketWatch. Dan ma jillimitax ruħu biex jivvaluta l-prezzijiet u s-sigurtà tal-prodotti, iżda jikkunsidra wkoll is-sodisfazzjoni tal-konsumatur.

Dan l-istrument jagħmel parti mill-proċess tar-reviżjoni tas-suq intern, imniedi f'Novembru 2007 u li diġà wassal għal tibdil fis-setturi tat-telekomunikazzjoni u ta' l-enerġija.

Drittijietek bħala konsumatur

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli