Mogħdija tan-navigazzjoni

Regoli għas-sigurtà tal-ġugarelli! - 25/01/2008

Tifel impinġi jammira karozza tal-ġiri ġdida tal-logħob. © M. Boualam

Regoli ġodda ta' l-UE biex jgħollu l-istandards tas-sigurtà, iqiegħdu aktar responsabbiltà fuq il-manifattur/importatur u jżidu s-sorveljanza tas-suq nazzjonali.

"Is-saħħa u s-sigurtà tat-tfal ma tistax tiġi negozjata u ma tistax tkun soġġetta għal xi kompromess," enfasizza l-kummissarju għall-intrapriżi Günter Verheugen.  Din hija r-raġuni 'l għala l-UE trid tistabbilixxi – u tinforza – standards għas-sigurtà tal-ġugarelli English ogħla minn qatt qabel.

Il-kummissjoni pproponiet leġiżlazzjoni ġdida biex tagħmel numru ta' bidliet:

  • kimiċi li potenzjalment jagħmlu ħsara (karċinoġeniċi) se jiġu pprojbiti u se jiġu introdotti limiti aktar baxxi għal ċerti sostanzi perikolużi bħal ċomb u merkurju
  • regoli aktar stretti u twissijiet obbligatorji rigward partijiet żgħar li jgħinu biex jevitaw l-inċidenti
  • il-manifatturi jkunu meħtieġa li jipprovdu informazzjoni teknika komprensiva għall-ġugarelli tagħhom kollha biex jagħmluha aktar faċli għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq li jagħmlu xogħolhom
  • il-manifatturi li jonqsu milli jissodisfaw il-kundizzjonijiet jaffaċċjaw penalitajiet akbar
  • Ġugarelli li huma strettament marbuta ma' prodott ta' l-ikel se jiġu pprojbiti – jiġifieri meta l-ikel irid jittiekel l-ewwel biex tikseb aċċess għall-ġugarell.
  • il-viżibilità tal-marka CE danskDeutschελληνικάEnglishespañolfrançaisitalianoNederlandsportuguêssuomisvenska se tiżdied

Il-bidliet jindirizzaw in-nuqqasijiet fil-leġiżlazzjoni kurrenti, li saret fl-1988. Il-pajjiżi ta' l-UE diġà għandhom id-dover li jżommu ġugarelli mhux siguri barra mill-ħwienet tagħhom imma l-liġi mhix flessibbli biżżejjed biex iżżomm il-pass mal-prodotti l-ġodda li qed jiġu żviluppati u mas-sejbiet ġodda tar-riċerka. Ir-regoli proposti jindirizzaw dawn in-nuqqasijiet.

Saru konsultazzjonijiet pubbliċi wesgħin English dwar dawn il-bidliet, u waslu aktar minn 1 500 tweġiba. Il-proposti issa jridu jiġi diskussi mill-istituzzjonijiet ta' l-UE u adottati malajr kemm jista' jkun.

Ħarsa ġenerali lejn is-settur Ewropew tal-ġugarelli English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli