Mogħdija tan-navigazzjoni

Kontroll fuq il-prezzijiet tal-enerġija u l-ispejjeż li qed jiżdiedu - 29/01/2014

Id iżżomm plagg ħdejn sokit tal-elettriku © EU

Rapport ġdid tal-UE dwar il-prezzijiet tal-enerġija bl-imnut li dejjem qed jiżdiedu fl-Ewropa jissuġġerixxi modi kif jistgħu jitnaqqsu l-ispejjeż għall-konsumatur u biex in-negozji tal-UE jibqgħu kompetittivi fis-suq globali.

Bejn l-2008 u l-2012 il-prezzijiet tal-enerġija bl-imnut fl-Ewropa żdiedu b’mod sinifikanti minkejja t-tnaqqis fil-prezzijiet bl-ingrossa tal-elettriku u l-prezzijiet stabbli tal-gass bl-ingrossa. Id-differenzi bejn il-pajjiżi tal-UE jispikkaw ukoll, b’xi konsumaturi jħallsu 2.5 sa 4 darbiet aktar minn oħrajn.

Hu u jiffoka fuq il-gass u l-elettriku, ir-rapport tal-UE dwar il-prezzijiet u l-ispejjeż tal-enerġija janalizza għaliex il-prezzijiet bl-imnut qed jiżdiedu u jissuġġerixxi kif il-konsumaturi u l-industrija jistgħu jiffrankaw l-enerġija u l-flus.

Innaqqsu l-ispejjeż tal-enerġija tal-konsumaturi

L-UE għandha l-għan li jitlesta s-suq komuni tal-enerġija fl-2014 u li tiżviluppa aktar l-infrastruttura tal-enerġija. Suq aktar liberali u kkoordinat għandu jsaħħaħ l-investiment u l-kompetizzjoni u jtejjeb l-effiċjenza f'diversi oqsma. Dan għandu jwassal għal tnaqqis fil-prezzijiet u għal kundizzjonijiet aktar ekwi fi ħdan il-blokk.

Biex ma jogħlewx il-prezzijiet, il-familji u l-industrija għandhom itejbu l-effiċjenza tal-enerġija Deutsch (de) English (en) français (fr) billi jużaw prodotti aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija jew prattiki li jiffrankaw l-enerġija. Il-konsumaturi għandhom jieħdu wkoll vantaġġ minn tariffi aħjar jew fejn possibbli jaqilbu għal ma provvedituri orħos.

Billi l-ispejjeż tal-enerġija li qed jiżdiedu jolqtu b'mod l-aktar iebes l-ifqar familji, il-gvernijiet tal-UE għandhom jikkunsidraw ukoll miżuri ta' politika soċjali biex jipproteġu konsumaturi vulnerabbli.

Inżommu l-UE kompetittiva

Id-differenza fil-prezz tal-enerġija bejn l-UE u ekonomiji ewlenin oħrajn qed tikber. Skont l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija, din id-differenza mistennija tnaqqas is-sehem tal-UE fl-esportazzjonijiet globali għal prodotti li jeħtieġu enerġija intensiva bħaċ-ċeramika u l-azzar tal-aluminju.

Għalkemm l-UE għadha fuq quddiem nett fl-esportazzjonijiet ta' prodotti li jeħtieġu enerġija intensiva, l-isforzi biex jiġu mitigati l-ispejjeż ogħla ta' enerġija permezz ta' titjib fl-użu effiċjenti tal-enerġija għandu mnejn jeħtiġilhom li jiżdiedu.

L-UE jeħtiġilha tkompli bl-isforzi tagħha flimkien ma' msieħba internazzjonali dwar ir-restrizzjonijiet tas-sussidji u tal-esportazzjoni. Fejn meħtieġ, jeħtiġilha wkoll tgħin tipproteġi ċerti konsumaturi industrijali permezz ta' trasferimenti u eżenzjonijiet fiskali u ta' tnaqqis fit-taxxi u l-levies.

Ninvestu fil-ġejjieni

Bil-prezzijiet tal-enerġija previsti li jogħlew fi żmien qasir, jeħtieġ li jsir attwalment investiment fi grilji tal-elettriku intelliġenti u teknoloġiji mtejbin biex tiġi ġenerata, trasmessa u maħżuna l-enerġija b'mod aktar effiċjenti. Flimkien ma' suq komuni ta' enerġija, dawn il-miżuri għandhom inaqqsu l-prezzijiet għal tul ta' żmien.

B'sistemi flessibbli tal-enerġija, konsumaturi li jaġixxu malajr, swieq kompetittivi u governanza effiċjenti, l-Ewropa se tkun f'qagħda aħjar biex tikkontrolla ż-żidiet futuri fil-prezzijiet, tħallas għall-investimenti u timminimizza ż-żidiet fil-prezzijiet.

Stqarrija għall-istampa: mistoqsijiet u tweġibiet dwar ir-rapport tal-prezzijiet DeutschEnglishfrançais 

Suq tal-enerġija tal-UE Deutsch (de) English (en) français (fr)  

Ftehim aħjar dwar l-enerġija għal konsumaturi

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli