Mogħdija tan-navigazzjoni

Pjan ta' azzjoni tal-UE biex tisfrutta l-enerġija rinnovabbli mill-ibħra Ewropej - 22/01/2014

Baħar ħdejn art rurali mal-kosta

L-UE qed timmira li tiżviluppa sors tal-enerġija rinnovabbli affidabbli u sikur billi tistabbilixxi Forum tal-Enerġija mill-Oċeani.

Il-Kummissjoni Ewropea varat pjan ta' azzjoni biex tgħin tisfrutta iktar enerġija rinnovabbli mill-ibħra u l-oċeani Ewropej.

Il-pjan jimmira li jsaħħaħ dan is-settur tal-'enerġija blu'; li jinkludi teknoloġiji li jistgħu jiksbu l-enerġija mill-mewġ, il-marea u l-varjazzjonijiet tat-temperatura fl-ilma - billi jiġbru flimkien l-għarfien u l-ispeċjalizzazzjoni taħt Forum tal-Enerġija milll-Oċeani ġdid.

Potenzjal qawwi

L-għan huwa li tonqos id-dipendenza minn fuq il-fjuwils fossili u biex il-provvisti tal-enerġija tal-Ewropea jsiru iktar sikuri billi jinħoloq sors stabbli ta' enerġija rinnovabbli fir-reġjun. Dan jista' jsir flimkien ma' sorsi rinnovabbli oħrajn bħall-enerġija solari u mir-riħ.

Skont il-Kummissjoni Ewropea, l-oċeani u l-ibħra globali għandhom potenzjal suffiċjenti tal-enerġija biex ikopru l-ħtiġijiet tal-enerġija tagħna attwali u previsti.

Madankollu, jeżistu sfidi sinifikanti biex jiġi sfruttat dan il-potenzjal, bħall-ispejjeż għoljin tat-teknoloġija u r-regoli kumplessi tal-liċenzjar.

Ħafna benefiċċji

Il-Forum tal-Enerġija mill-Oċeani se jimmira li jindirizza wħud minn dawn l-isfidi. Wieħed jispera li l-appoġġ tas-settur tal-enerġija blu mhux biss se jipprovdi sors sikur tal-enerġija, iżda wkoll se jibbenefika minnu l-ambjent, joħloq l-impjiegi - partikolarment fiż-żoni kostali - u jiġġenera tkabbir ekonomiku.

Stqarrija għall-istampa - Pjan ta' azzjoni biex jappoġġa l-iżvilupp tal-enerġija blu 

Mistoqsijiet u Risposti - Pjan ta' azzjoni tal-enerġija blu English 

L-enerġija mill-oċeani - x'inhi?

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli