Mogħdija tan-navigazzjoni

Niffokaw fuq l-enerġija sostenibbli - 24/06/2013

Panewijiet solari fuq il-bejt © iStock

Assoċjazzjonijiet lokali, kumpaniji, ċentri ta’ riċerka, organizzazzjonijiet mhux governattivi u l-awtoritajiet lokali kollha qed juru dak li qed jagħmlu biex jippromwovu l-enerġija sostenibbli mill-24 sat-28 ta’ Ġunju — il-ġimgħa tal-enerġija sostenibbli 2013 tal-UE.

Madwar 20 avveniment se jseħħu madwar ir-Renju Unit bħala parti mill-ġimgħa tal-enerġija sostenibbli English . Konsulenti f’Pitscurry se jispjegaw kif nistgħu nnaqqsu l-ispejjeż tal-enerġija English u nużaw l-enerġija rinnovabbli fid-djar u l-uffiċċji fis-26 ta’ Ġunju, filwaqt li seminar f'ħin l-ikel fit-28 ta’ Ġunju f’Fyvie se joffri pariri dwar it-tisħin bl-injam English , flimkien ma’ self u għotjiet disponibbli għall-installazzjoni għat-tisħin bl-injam

Is-6 avveniment tal-Irlanda jinkludu t-tnedija ta’ Think Energy English – kampanja li tħeġġeġ l-istaff tal-Kunsill tal-Belt ta’ Dublin isir iktar effiċjenti fl-enerġija u jnaqqas il-konsum tal-enerġija fil-belt ta’ uffiċċji ċiviċi.

Fi Brussell, se jiġu ppreżentati premjijiet għal inizjattivi innovattivi tal-enerġija sostenibbli. Dawk innominati jinkludu Bristol Power Co-op English fir-Renju Unit — kumpanija tal-elettriku proprjetà tal-membri tagħha stess u mmexxija minnhom. Il-membri jgawdu b'xejn kemm minn installazzjoni solari kif ukoll mill-elettriku, filwaqt li l-elettriku żejjed jiġġenera l-flus għal iktar installazzjonijiet.

Se sseħħ ukoll fi Brussell serje ta’ konferenzi English b’ħarsa lejn kwistjonijiet bħall-ħażna tal-enerġija, il-finanzjament tal-enerġija sostenibbli, arloġġi tad-dawl għaqlin u fjuwils alternattivi.

L-UE stabbiliet għaliha nnifisha miri ambizzjużi dwar l-enerġija għall-2020 bħala parti mill-istrateġija tagħha għaż-żieda tat-tkabbir u l-impjiegi. Fi żmien 7 snin, l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra għandhom ikunu tal-inqas 20% inqas minn dawk tal-1990, 20% tal-enerġija użata għandha tiġi minn sorsi rinnovabbli, u l-effiċjenza tal-enerġija għandha tiżdied b’20%.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli