Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-miri b'rabta mat-tibdil fil-klima u l-enerġija għal wara l-2020 - 04/04/2013

Bozza li taħli inqas © EU

Konsultazzjoni pubblika li fuq dak li se joħroġ minnha se jiġu msejsin il-politiki futuri tal-UE dwar l-enerġija u t-tibdil fil-klima (2020-2030).

L-UE diġà għandha l-miri li jridu jintlaħqu sal-2020 b'rabta mal-klima u l-enerġija English : it-trażżin tal-gassijiet b’effett ta’ serra, it-tnaqqis tal-użu tal-enerġija u l-għoti ta' spinta lill-enerġija rinnovabbli.

Iżda biex wara l-2020 ma tintilifx ir-rankatura, jeħtiġilha li tibda tikkonsulta u taħseb minn issa. Jekk isir ippjanar minn kmieni, dan jinkoraġġixxi investiment bikri f’infrastruttura ġdida u jistimula l-innovazzjoni fil-qasam tat-teknoloġiji li jipproduċu livell baxx ta’ karbonju.

Il-Kummissjoni qed tagħti bidu għal dan il-proċess permezz ta’ konsultazzjoni fuq l-internet English li se tibqa' għaddejja sat-2 ta’ Lulju. Inti mistieden/mistiedna tagħti l-opinjoni tiegħek dwar:

  • x’tip (u x’livell) ta’ miri b'rabta mal-klima u l-enerġija għandhom jiġu ffissati għall-2030
  • kif jista’ jkollna pjan ġust li jagħti kas tal-ħtiġijiet u riżorsi speċifiċi ta' kull pajjiż tal-UE fir-rigward tal-enerġija
  • kif l-istrateġija tal-UE dwar l-enerġija tista' ttejjeb il-kompetittività tal-ekonomija tagħha.

L-opinjonijiet tiegħek se jiġu kkunsidrati waqt it-tfassil ta' proposti li l-Kummissjoni għandha l-ħsieb li toħroġ aktar tard din is-sena fir-rigward ta' strateġija dwar il-klima u l-enerġija li tkun tkopri sal-2030.

Il-proposti se jkollhom l-għan li titjieb l-istrateġija ta' bħalissa u li jingħata kas tal-bidliet fit-taħlita tal-enerġija tal-UE, tal-qagħda ekonomika u tat-teknoloġiji ġodda.

L-objettivi jibqgħu l-istess: it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra, il-garanzija ta' provvista ta' enerġija għall-UE, u l-għoti ta' appoġġ għat-tkabbir ekonomiku, il-kompetittività u l-ħolqien tal-postijiet tax-xogħol.

Ukoll bħala parti mill-istrateġija tagħha biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra, il-Kummissjoni qiegħda titlob għal opinjonijiet DeutschEnglishfrançais dwar kif jista' jiġi inkoraġġit l-iżvilupp ta’ teknoloġiji għall-qbid u l-ħżin tad-CO2.

Miri li jorbtu fir-rigward tas-sorsi ta' enerġija rinnovabbli jwasslu għal tkabbir ekonomiku

Rapport dwar il-progress tal-UE fl-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli English juri li l-politika ta' bħalissa, li fiha miri li jorbtu, wasslet għal tkabbir qawwi tas-settur.

Ikun hemm aktar djar u impriżi li jaqilbu għall-enerġija rinnovabbli jekk din il-qalba tkun tinvolvi inqas burokrazija, jekk l-enerġija rinnovabbli tkun integrata aħjar fis-suq tal-enerġija, u jekk il-programmi ta’ sussidju jkunu aktar ċari u aktar stabbli.

Aktar dwar it-tibdil fil-klima u l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli