Mogħdija tan-navigazzjoni

Ftehim aħjar għall-enerġija lill-konsumaturi - 16/11/2012

Bozza ta' enerġija baxxa © EU

Il-pajjiżi tal-UE se jkunu mħeġġa japplikaw bis-sħiħ ir-regoli tal-UE dwar l-enerġija biex is-suq jaħdem bi sħiħ għall-konsumaturi.

Il-pajjiżi tal-UE ftehmu dwar regoli komuni English għal suq tal-enerġija aktar kompetittiv li joffri lin-nies u lin-negozji provvisti sikuri u sostenibbli bi prezzijiet ġusti.

Dawn ir-regoli huma kruċjali biex jintgħelbu l-isfidi li qed niffaċċjaw bħalissa, inklużi l-bidla fil-klima, id-dipendenza fuq l-importazzjonijiet, u l-aċċess għal servizzi ta' enerġija għall-but ta' kulħadd.

Sar xi progress. Illum il-konsumaturi għandhom aktar għażla, il-prezzijiet bl-ingrossa huma kkontrollati, u hu żgurat forniment suffiċjenti li jissodisfa bżonnijietna.

F’pajjiżi oħra hemm nuqqasijiet. Biex tħaffef il-proċess, il-Kummissjoni se tagħmel aktar ħalli tgħin il-konsumaturi jaħsdu l-benefiċċji ta' suq kompetittiv. Miżuri sabiex is-suq intern tal-enerġija jaħdem DeutschEnglishfrançais jinkludu:

  • żgurar li l-pajjiżi kollha japplikaw ir-regoli kollha korrettament – xi wħud għadhom mhux qed jagħmlu dan, speċjalment ir-regoli dwar l-interkonnessjoni tas-swieq tal-gass u tal-elettriku DeutschEnglishfrançais
  • żgurar li l-konsumaturi jkunu konxji minn drittijiethom kollha, inklużi d-dritt li jaqilbu minn fornitur għal ieħor b'avviż ta' 3 ġimgħat u bla ebda spiża. Pass li jista' jwassal għal €13-il biljun fis-sena fi ffrankar għall-konsumaturi kieku kulħadd kien iħallas l-irħas rati
  • promozzjoni tal-introduzzjoni tal-kejl intelliġenti ta' konsum – li jippermetti lill-konsumaturi jikkontrollaw il-konsum tagħhom f’ħin reali u jimmaniġġjaw aħjar l-kontijiet tal-enerġija tagħhom
  • preżentazzjoni ċara tal-prezzijiet, it-tariffi u l-offerti – għall-protezzjoni tal-konsumaturi
  • tneħħija ta' prezzijiet regolati – li jagħtu lill-konsumaturi l-impressjoni qarrieqa li l-prezzijiet huma fil-livell l-aktar ġust u li huma ostaklu għal aktar kompetizzjoni u investiment (bħalissa 9 pajjiżi biss fl-UE ma jirregolawx prezzijiet bl-imnut).

Il-passi li jmiss

Xi pajjiżi qed jippjanaw li jipprovdu inċentivi għall-fornituri tradizzjonali biex iżżommu l-kapaċità tal-elettriku disponibbli għal meta sorsi varjabbli (bħal dawk mir-riħ u mix-xemx) ma jleħħqux mad-domanda.

Qabel ma jiddaħħlu inċentivi bħal dawn, tinħtieġ aktar analiżi dwar ir-raġunijiet għaliex ċerti pajjiżi mhumiex jinvestu f'iżjed kapaċità tal-produzzjoni. Il-gvernijiet nazzjonali għandhom iħarsu wkoll lejn kif jistgħu jiksbu provvisti minn fornituri f'pajjiżi oħra tal-UE, li jista' jkun ekonomikament aktar effikaċi.

Il-Kummissjoni se toħroġ ukoll linji gwida dwar kif ittejjeb is-suq għal sorsi li jiġġeddu.

Aktar dwar suq tal-enerġija tal-UE Deutsch (de) English (en) français (fr)

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli