Mogħdija tan-navigazzjoni

Enerġija rinnovabbli wara l-2020 – pjan ta' żvilupp - 08/06/2012

Triq għaddejja ġo għelieqi b'turbini tar-riħ fl-isfond © iStockphoto.com/Robert Mandel

L-iżvilupp fis-suq tas-sorsi li jiġġeddu se jonqos jekk l-UE ma tieħux aktar miżuri issa sabiex tnaqqas l-ispejjeż u tistimola l-investiment. Il-Kummissjoni qed tippreżenta modi dwar kif dan jista' jsir.

L-UE tinsab fit-triq it-tajba biex jintlaħaq l-għan tagħha li sal-2020 tkun qed tikseb 20% tal-enerġija tagħha minn sorsi li jiġġeddu, bħala parti minn strateġija ikbar biex tiffaċċa t-tibdil fil-klima.

Dik hija l-aħbar it-tajba. Aktar enerġija idroelettrika, mir-riħ, mix-xemx u mill-mewġ, u aktar sorsi ġeotermali u tal-bijomassa jgħinu biex l-UE tiddependi inqas fuq l-enerġija importata, kif ukoll tixpruna l-innovazzjoni u l-impjiegi.

Madankollu, l-industrija hija kawta dwar investiment akbar fl-enerġija rinnovabbli. Hemm inċertezzi dwar il-politika tal-UE fil-ġejjieni, u l-ispejjeż mhumiex jonqsu malajr biżżejjed.

Minħabba f'hekk, jekk il-prezz tal-enerġija rinnovabbli jibqa’ ferm ogħla mill-ispiża tal-karburanti fossili, l-iżvilupp tas-suq mistenni jonqos wara l-2020.

Biex tindirizza dawn il-ħtiġijiet, il-Kummissjoni ħarġet rapport dwar l-enerġija rinnovabbli DeutschEnglishfrançais li jħares lejn modi biex jitnaqqsu l-ispejjeż permezz ta’ metodu aktar koordinat tal-UE. Għandu wkoll jibda l-proċess ta’ żvilupp tal-politika tal-UE għal wara l-2020.

L-ispejjeż jistgħu jitnaqqsu bl-istimolar tal-kompetizzjoni fis-suq tal-enerġija tal-UE. Is-sussidji għal karburanti fossili għandhom jitneħħew bil-mod il-mod, u taxxi fuq l-enerġija għandhom jiġu riveduti sabiex jagħtu spinta lill-investiment f'teknoloġiji b’karbonju baxx. Fl-istess ħin, l-appoġġ għall-enerġiji li jiġġeddu għandu jitnaqqas gradwalment jew jitneħħa, biex dan is-settur ikollu inċentiva biex isir kompetittiv fit-tul kontra sorsi oħra tal-enerġija.

Il-programmi nazzjonali ta' appoġġ għandhom ikunu riformati wkoll sabiex jippromwovu tnaqqis fl-ispejjeż. Għandhom isiru aktar konsistenti madwar l-UE u simplifikati biex b'hekk jitnaqqsu l-ispejjeż amministrattivi għall-industrija.

L-UE għandha tinkoraġġixxi l-produzzjoni tal-enerġija tar-riħ u tax-xemx fejn dan ikun irħas, kif jagħmlu l-kumpaniji għal prodotti u servizzi oħra. Il-pajjiżi tal-UE jistgħu mbagħad jixtru enerġija mir-riħ jew mix-xemx minn pajjiż ieħor tal-UE jew minn barra l-UE irħas milli biex jiżviluppaw is-sorsi rinnovabbli tagħhom stess.

Il-passi li jmiss

Il-Kummissjoni qed tibda l-proċess tal-iżvilupp ta' għażliet ta' politika għal wara l-2020 li jippromwovu aktar l-innovazzjoni u jnaqqsu l-ispejjeż. L-iżvilupp ta' politika issa jinkoraġġixxi lill-industrija tagħmel tip ta' investiment meħtieġ fit-tul biex tiżviluppa sorsi rinnovabbli.

Is-sena l-oħra l-UE ppubblikat pjan direzzjonali għall-karbonju baxx li jkopri s-setturi kollha tal-ekonomija. Qed tipproduċi wkoll pjanijiet speċifiċi biex tkopri setturi ekonomiċi individwali, bħal pjan direzzjoni għall-enerġija 2050 DeutschEnglishfrançais .

Aktar dwar l-enerġija rinnovabbli tal-UE Deutsch (de) English (en) français (fr)

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli