Mogħdija tan-navigazzjoni

Lejn settur tal-enerġija kompetittiv b'livell baxx ta' karbonju - 19/12/2011

Triq għaddejja ġo għelieqi b'turbini tar-riħ fl-isfond © iStockphoto.com/Robert Mandel

L-UE tippreżenta pjanijiet għal tnaqqis ta' aktar minn 80% fl-emissjonijiet mingħajr ma tisfratta l-provvisti tal-enerġija u l-kompetittività.

Impenjata li tnaqqas l-emissjonijiet ta' gass b'effett serra għal 80-95% anqas mil-livelli tal-1990 sal-2050, l-UE qed tesplora l-isfidi tad-dekarbonizzazzjoni.

F'Marzu ta' din is-sena l-UE ppubblikat is-sett ta' suġġerimenti dwar karbonju baxx li jkopri s-sezzjonijiet kollha tal-ekonomija. Hi qed tħejji pjanijiet speċifiċi biex ikunu koperti setturi ekonomiċi individwali. L-aktar reċenti li se jkun żvelat hu s-sett ta' suġġerimenti għall-enerġija 2050 DeutschEnglishfrançaisPDF .

Billi l-ħtiġijiet u l-provvisti fil-ġejjieni huma diffiċli li jitbassru, il-pjan jippreżenta diversi xenarji li jeżaminaw l-impatti, l-isfidi u l-opportunitajiet possibbli għall-modernizzazzjoni tas-sistema tal-enerġija. Dawn jikkunsidraw it-tibdiliet potenzjali fil-prezzijiet tal-karbonju, it-teknoloġija u n-netwerks.

Rotot lejn id-dekarbonizzazzjoni

Inħolqu xenarji billi kienu kkombinati l-erba' għażliet prinċipali ta' dekarbonizzazzjoni – l-effiċjenza tal-enerġija, l-enerġija rinnovabbli, il-qbid u l-ħżin tan-nukleari u tal-karbonju. L-iskoperti prinċipali jissuġġerixxu li:

  • id-dekarbonizzazzjoni hi possibbli u tista' tkun b'anqas spejjeż fit-tul taż-żmien mill-politiki korrenti
  • l-effiċjenza tal-enerġija u l-enerġiji rinnovabbli huma kruċjali, tkun xi tkun it-taħlita ta' enerġija magħżula
  • l-investiment biex tiġi modernizzata l-infrastruttura għandu jibda issa biex jiġu evitati tibdiliet b'aktar spejjeż fil-ġejjieni
  • is-suq għall-enerġija komuni hu vitali biex jinżammu baxxi l-ispejjeż tal-enerġija u biex tiġi żgurata provvista sikura – dan għandu jitlesta sal-2014.

Ix-xenarji kollha jeħtieġu li kull pajjiż jieħu azzjoni dwar it-tibdil fil-klima. Anki jekk ma jitqisux l-isforzi tad-dekarbonizzazzjoni, in-netwerks ta' enerġija tal-UE jeħtiġilhom l-investiment biex jibdlu l-infrastruttura li qed tiqdiem – xi wħud minnhom inbnew madwar 40 sena ilu.

Ninvestu għall-ġejjieni:

Bil-prezzijiet tal-elettriku ppjanati li jogħlew sal-2030, meħtieġ investiment minn issa fil-grilji tal-elettriċità "intelliġenti" u f'teknoloġiji mtejbin biex l-enerġija tkun prodotta, trasmessa u maħżuna b'mod aktar effettiv. Flimkien ma' suq komuni għall-enerġija, dawn il-miżuri għandhom jiżguraw li l-prezzijiet jonqsu fit-tul taż-żmien.

L-ispejjeż għandhom ikunu ssuperati permezz tal-livell għoli ta' investiment sostenibbli mdaħħal fl-ekonomija Ewropea, tal-impjiegi relatati, u tad-dipendenza mnaqqsa fuq l-importazzjonijiet.

Il-passi li jmiss

Il-proposti bbażati fuq l-approċċ tas-sett ta' suġġerimenti għandhom isegwu fis-snin li ġejjin, billi jinbdew is-sena li jmiss il-miżuri li jimmiraw is-suq intern, l-enerġija rinnovabbli u s-sikurezza nukleari.

Aktar dwar l-istrateġija tal-enerġija tal-UE Deutsch (de) English (en) français (fr)

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli