Mogħdija tan-navigazzjoni

Rappreżentazzjoni astratta ta' netwerk © iStock/Andrey Prokhorov

L-UE għandha tinvesti €50 biljun fl-infrastruttura – għall-konnessjoni fl-Ewropa, it-tisħiħ tal-kompetittività u l-ħolqien tal-impjiegi.

Netwerks ta' trasport, tal-enerġija u diġitali intelliġenti, sostenibbli u interkonnessi huma l-prijoritajiet tal-ġejjieni ekonomiku tal-Ewropa.

Madankollu, il-kriżi finanzjarja naqset il-fluss tal-fondi privati u pubbliċi għall-proġetti tal-infrastruttura.

Bħala riżultat, il-Kummissjoni qed tipproponi pjan ġdid ta' finanzjament English biex tħaffef l-investiment fit-tul fit-toroq, fil-linji tal-ferroviji, fil-kejbils tal-enerġija, fil-linji tal-pajpijiet u fin-netwerks tal-broadband b'veloċità għolja.

Il-fond ta' €50 biljun għandu jintuża biex jinkuraġġixxi l-investituri mis-setturi privati u pubbliċi biex tingħata għajnuna għall-iffinanzjar ta' proġetti ta' din ix-xorta, jekk dan ma jsirx xi wħud minnhom ma jkunux jistgħu jinbnew. Hu għandu wkoll jippromwovi modi ta' trasport aktar nodfa u enerġija rinnovabbli – skont l-istrateġija għat-tkabbir ekonomiku u l-impiegi ta' Ewropa 2020.

Titjib fil-konnessjonijiet tat-trasport – €31.7 biljun

Is-sistemi ta' trasport fl-Ewropa tradizzjonalment żviluppaw bħala netwerks diskreti f'pajjiżi individwali. L-UE għandha r-rwol importanti li tgħin lill-pajjiżi jaħdmu flimkien meta jippjanaw, jimmaniġġjaw u jiffinanzjaw il-konnessjonijiet ta' trasport bejn il-fruntieri.

Il-fond għandu jappoġġa sforzi ta' din ix-xorta billi jinvesti fi proġetti ta' infrastruttura li jagħmluha eħfef għan-nies li jivvjaġġaw u li jiskambjaw il-prodotti, b'mod speċjali bejn l-pajjiżi tal-punent u tal-lvant tal-UE. L-investimenti għandhom jiffokaw fuq modi ta' trasport li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u li jkunu sostenibbli.

Aktar dwar il-politika ta' trasport English

Konnessjonijiet tal-kejbils ta' enerġija – €9.1 biljun

L-iffinanzjar għandu jħeġġeġ aktar konnessjonijiet bejn il-pajjiżi tal-UE u jagħmilha eħfef biex ikunu trasferiti ż-żewġ forom tradizzjonali ta' enerġija u dawk rinnovabbli.

Infrastruttura trans-Ewropea aħjar għandha twassal għal provvisti aktar siguri u għal prezzijiet li wieħed ikun jiflaħ iħallas, filwaqt li għandha tgħin biex jintlaħqu l-għanijiet tal-UE dwar it-tibdil fil-klima.

Aktar dwar il-politika tal-enerġija English

Appoġġ lin-netwerks diġitali b'veloċità għolja – €9.2 biljun

L-investiment għandu jiffoka fuq netwerks ta' broadband u fuq servizzi diġitali Ewropej stabbiliti. Il-Kummissjoni tikkalkula li l-iffinanzjar tal-UE għan-netwerk ta' infrastruttura jista' jattira investiment ta' aktar minn €50 biljun minn sorsi oħrajn.

Il-fond għandu wkoll jipprovdi għotjiet biex tinbena l-infrastruttura meħtieġa tal-ftuħ tas-servizzi tal-identifikazzjoni diġitali, l-akkwist pubbliku, il-kura tas-saħħa u s-servizzi relatati mad-dwana. Il-flus għandhom jiżguraw l-interoperabilità u jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż biex is-servizzi nazzjonali jiġu konnessi.

Aktar dwar il-politika diġitali English

Il-passi li jmiss

Il-fond għandu juża strumenti innovattivi tas-suq bħala garanziji u bonds għall-proġetti biex jiġi involut aktar il-finanzjament privat. Dan għandu jkun parti mill-proposti tal-baġit DeutschEnglishfrançais għal 2014 - 2020.

Il-proposta issa jeħtiġilha l-approvazzjoni mill-gvernijiet nazzjonali u mill-Parlament Ewropew.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli