Mogħdija tan-navigazzjoni

Provvisti tal-enerġija bla xkiel f'pajjiżna u lil hinn minn xtutna - 08/09/2011

Tliet pajpijiet tal-gass f'għalqa © iStock/ssuaphoto

Jekk titjieb il-koordinazzjoni fost il-gvernijiet, l-UE jkollha pożizzjoni iktra soda meta tiġi biex tagħmel in-negozju mal-fornituri internazzjonali tal-enerġija.

Kull ma jmur l-UE qed tiddependi fuq l-enerġija importata, u hemm bżonn ta' strateġija ċara biex tippromwovi l-interessi tagħha fid-dinja. Il-kompetizzjoni għaż-żejt, il-gass u l-faħam li jiġi minn barra u t-tħarbit politiku jwasslu għal prezzijiet tal-enerġija għoljin u mhux stabbli.

Il-proposta English l-ġdida tal-Kummissjoni għandha tistabbilixxi mod biex il-pajjiżi tal-UE jingħaqdu flimkien meta jiddiskutu mal-fornituri u jinnegozjaw ftehimiet internazzjonali. Dan il-pjan għandu jipprovdi enerġija bla xkiel, bi prezzijiet għall-but ta' kulħadd.

Permezz ta' pożizzjoni komuni bejn il-pajjiżi tal-UE jkun possibbli li dawn joħolqu partenarjati tajbin mal-ġirien ewlenin tagħhom. Hi meħtieġa l-kooperazzjoni internazzjonali biex inwieġbu l-isfidi komuni tal-UE u tal-biċċa l-kbira tal-pajjiżi - bħat-tibdil fil-klima.

Il-proposta tagħmel parti mill-pjan tal-UE Enerġija 2020 English , li jnaqqas il-konsum, jiffranka t-tniġġis, jiżgura l-provvista, jevita l-iskarsezza u jgħin lill-ekonomija tikber.

Il-miżuri għal provvisti bla xkiel jinkludu:

  • il-promozzjoni tat-trasparenza - il-pajjiżi tal-UE għandhom jaqsmu l-informazzjoni dwar il-ftehimiet internazzjonali tal-enerġija
  • il-koordinazzjoni tal-metodi użati mal-imsieħba tal-UE u d-definizzjoni ta' pożizzjonijiet komuni fi ħdan l-organizzazzjonijiet internazzjonali
  • l-iżvilupp ta' partenarjati kompleti tal-enerġija mal-pajjiżi msieħba ewlenin.

Naħdmu mal-pajjiżi msieħba

Iktar trasparenza fis-suq u politiki tal-enerġiji sostenibbli għandhom joħolqu l-investiment u s-swieq isiru iktar b'saħħithom quddiem ix-xokkijiet tal-provvista. Dan għandu jevita t-tħarbit li ħabbtet wiċċha miegħu l-Ewropa tal-Lvant fl-2009.

Fost il-prijoritajiet tal-UE nisbu partenarjat mal-Ażerbajġan u t-Turkmenistan dwar il-pajp tal-gass li jaqsam il-Kaspju u partenarjat ġdid dwar proġetti tal-enerġija li tiġġedded mal-pajjiżi Mediterranji tan-Nofsinhar.

Il-metodu għandu jagħti enfasi ikbar fuq l-aċċess għall-enerġija sostenibbli għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw.

Il-passi li jmiss

L-istrateġija se tiġi implimentata fis-snin li ġejjin. Il-pajjiżi tal-UE mistennija jibdew jużaw is-sistema l-ġdida biex jaqsmu l-informazzjoni bejniethom dwar il-ftehimiet tal-enerġija fl-2012.

Aktar informazzjoni dwar il-politika internazzjonali tal-UE dwar l-enerġija English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli