Mogħdija tan-navigazzjoni

Tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gass b'effett serra - 30/08/2011

Miżuri ġodda se jħeġġu lill-produtturi tal-karozzi biex jinvestu f'teknoloġiji ta' tnaqqis tas-CO2, parti mill-istrateġija ġenerali tal-UE għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.

L-UE tinsab fuq quddiem nett biex tindirizza t-tibdil fil-klima. Hi impenjata li tilħaq tliet miri ewlenin sal-2020 English : tnaqqis b'20% tal-emissjonijiet tal-gass b'effett serra, 20% tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u tnaqqis b'20% tal-użu tal-enerġija.

Biex jintleħqu l-miri hi meħtieġa azzjoni f'diversi oqsma. Ngħidu aħna, il-produtturi tal-karozzi huma meħtieġa jnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 mill-vetturi l-ġodda kollha tal-passiġġiera għal madwar 20% taħt il-livelli tal-2007 English sal-2015. Bħalissa l-karozzi jirrappreżentaw 12% tal-emissjonijiet tas-CO2 fl-UE, il-gass b'effett serra ewlieni.

Barra dan, miżura ġdida English se tħeġġeġ lill-produtturi tal-karozzi biex jinvestu f'teknoloġiji ta' tnaqqis tal-emissjonijiet u jiċċertifikawhom. Biex tikkwalifika, it-teknoloġija għandha tipprovdi ffrankar sinifikanti fis-CO2 u ma tistax tkun diġà tqieset fid-determinazzjoni tal-emissjonijiet.

It-teknoloġija għandha ttejjeb ukoll il-propulsjoni tal-vettura jew il-konsum tal-enerġija - mingħajr ma tikkomprometti s-sikurezza. Għalhekk, ngħidu aħna, il-panewijiet solari li jikkonvertu d-dawl tax-xemx f'enerġija elettrika jistgħu jikkwalifikaw iżda karozza b'sistema tal-mużika effiċjenti fl-enerġija ma tikkwalifikax.

Miżuri oħra

Il-miżuri għall-karozzi jagħmlu parti minn strateġija ġenerali tal-UE biex tnaqqas it-tibdil fil-klima. Dan jinkludi

  • tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gass b'effett serra mill-industrija permezz tas-Sistema tal-Iskambju tal-Emissjonijiet English , strument ewlieni biex jintlaħqu l-miri tal-UE
  • titjib fl-effiċjenza tal-enerġija ta' firxa wiesgħa ta' tagħmir u apparat tad-dar
  • żieda fl-użu tal-enerġija tar-riħ, tax-xemx, l-idroenerġija, il-bijomassa u l-bijokarburanti
  • appoġġ lill-iżvilupp tat-teknoloġija għall-qbid u l-ħżin tas-CO2
  • l-iżvilupp ta' strateġija komprensiva tal-UE biex nadattaw għat-tibdil fil-klima English
  • kofinanzjament għall-iżvilupp tar-riċerka u l-innovazzjoni permezz tal-programm LIFE English

Passi oħra

Dawn il-miżuri għenu lill-UE tibqa' fit-triq it-tajba biex tilħaq il-miri relatati mal-emissjonijiet u l-enerġija rinnovabbli. Iżda, b'din ir-rata ta' progress, jista' jintlaħaq biss nofs it-tnaqqis.

Biex terġa' tqum fuq saqajha, il-Kummissjoni qed tipproponi li jingħaqdu l-miżuri tal-effiċjenza tal-enerġija English .

Sforzi mill-UE biex tindirizza t-tibdil fil-klima - filwaqt li xorta jintleħqu l-ħtiġijiet Ewropej għall-enerġija - jagħmlu parti mill-istrateġija Ewropa 2020 għat-tkabbir.

Aktar dwar l-istrateġija tal-UE għat-tibdil fil-klima

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli