Mogħdija tan-navigazzjoni

Ewropa effiċjenti fl-enerġija - 22/06/2011

Raġel iqiegħed l-iżolazzjoni f'qafas ta' ħajt © istock/blueflames

Miżuri ġodda għandhom jistimolaw l-iffrankar tal-enerġija u jgħinu lill-UE tilħaq l-għan tagħha ta' tnaqqis ta' 20% sal-2020.

L-istrateġija tal-UE biex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima tiffoka fuq tliet għanijiet għall-2020: tnaqqis b'20% tal-emissjonijiet tal-gass b'effett serra, 20% tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u tnaqqis b'20 % tal-użu tal-enerġija.

L-UE tinsab fit-triq it-tajba għall-għanijiet dwar l-emissjonijiet u l-enerġija rinnovabbli, iżda waqgħet lura fejn jidħol it-tnaqqis tal-użu tal-enerġija. Jekk ma jsir xejn, l-UE se jirnexxilha tikseb biss nofs it-tnaqqis. Biex terġa' tqum fuq saqajha, il-Kummissjoni qed tipproponi li jingħaqdu l-miżuri tal-effiċjenza tal-enerġija DeutschEnglishfrançais .

Pjanijiet tal-enerġija

Il-proposti jinkludu rekwiżit għall-pajjiżi kollha biex jistabbilixxu pjanijiet għall-iffrankar tal-enerġija.

Il-fornituri tal-enerġija se jintalbu jinkuraġġixxu lill-konsumaturi tagħhom isiru iktar effiċjenti fl-enerġija, biex b'hekk inaqqsu l-volumi tal-bejgħ tagħhom b'1.5% kull sena.

Pereżempju, jistgħu jgħinu lill-proprjetarji jtejbu l-effiċjenza tas-sistemi ta' tisħin tagħhom, iwaħħlu ħġieġ doppju u jiżolaw is-soqfa tagħhom.

Il-gvernijiet jistgħu jipproponu modi alternattivi biex jiksbu l-istess riżultati, bħal programmi ta' finanzjament jew ftehimiet volontarji mal-fornituri.

Miżuri oħrajn jirrikjedu li:

  • il-gvernijiet inaqqsu l-konsum tal-enerġija tagħhom billi jimmodernizzaw tal-anqas 3% tal-bini pubbliku kull sena, u jagħmlu l-effiċjenza tal-enerġija prijorità għall-prodotti u s-servizzi kollha li jixtru
  • il-konsumaturi jiġu pprovduti b'aċċess bla ħlas u aħjar għall-informazzjoni dwar l-użu tal-enerġija tagħhom, biex ikunu jistgħu jimmaniġġjaw aħjar il-konsum tagħhom
  • il-kumpaniji l-kbar jiġu verifikati għall-identifikazzjoni ta' metodi kif jistgħu jnaqqsu l-konsum tagħhom - il-kumpaniji ż-żgħar jingħataw inċentivi biex jagħmlu l-istess
  • ir-regolaturi tal-enerġija nazzjonali jqisu l-effiċjenza tal-enerġija, partikolarment meta japprovaw il-miżati tan-netwerks.

Il-gvernijiet għandhom ukoll jimmonitorjaw l-effiċjenza ta' impjanti tal-enerġija ġodda u jippromwovu l-irkupru tas-sħana li dawn jarmu.

Il-passi li jmiss

Il-gvernijiet tal-UE għandhom japprovaw il-miżuri, li se jiffurmaw parti minn viżjoni fuq perjodu itwal ta' żmien biex l-Ewropa tittrasforma ruħha f'ekonomija b'livell baxx tal-karbonju iżda kompetittiva.

Fl-2014 il-Kummissjoni se tagħmel evalwazzjoni dwar jekk l-UE reġgħetx qabdet it-triq it-tajba biex tilħaq l-għan tagħha ta' tnaqqis ta' 20%. Jekk meħtieġ, issir proposta ġdida li tiffissa miri nazzjonali obbligatorji.

Aktar tagħrif dwar it-tibdil fil-klima u l-effiċjenza tal-enerġija English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli