Mogħdija tan-navigazzjoni

Enerġija intelliġenti għal ġejjieni sostenibbli - 11/04/2011

Il-Ġimgħa tal-Enerġija Sostenibbli 2011 tistieden liċ-ċittadini, l-intrapriżi u l-awtoritajiet pubbliċi biex jimmaġinaw soluzzjonijiet ħalli jitnaqqas il-konsum tal-enerġija fl-Ewropa.

Prodotti mix-xemx, mir-riħ, mill-ilma jew mill-bijomassa, l-enerġiji sostenibbli jirrappreżentaw ftit aktar minn 10 % tal-konsum tal-enerġija fl-Unjoni Ewropea. Il-Ġimgħa Ewropea tal-Enerġija Sostenibbli ilha tħeġġeġ l-iżvilupp tagħhom mill-2005 u tixtieq turi li kulħadd jista' jagħmel ħiltu fil-livell tiegħu biex inaqqas il-konsum tal-enerġija.

Bejn il-11 u l-15 ta' April, madwar 600 avveniment għandhom ilaqqgħu flimkien madwar 30,000 parteċipant f'43 pajjiż Ewropej. Din is-sena, qed issir enfasi fuq l-użu effiċjenti tal-enerġija u l-enerġija rinnovabbli.

Fil-belt Svediża ta' Örebro, pereżempju, ir-rebbieħa ta' kwiżż kbir se jingħatawlhom biex jaqsmu bejniethom prodotti li jiffrankaw l-enerġija.

F'Albacete, fi Spanja, aġenzija lokali se tgħallem kif ċerti tekniki ta' sewqan jistgħu jippermettu li jitnaqqas sa 15 % il-konsum tal-fjuwil tal-vetturi.

"Aperittiv ambjentali" organizzat f'Pariġi se tkun l-okkażjoni biex jiġi diskuss ir-rwol tal-intraprendituri bħala atturi ta' ekonomija aktar ekoloġika.

Fi Brussell, konferenzi u wirjiet se jlaqqgħu flimkien diriġenti politiċi, rappreżentanti mill-industrija u xjenzati fl-akbar forum Ewropew tal-enerġija sostenibbli. Fost it-temi li se jiġu diskussi hemm: it-titjib tal-prestazzjonijiet tal-enerġija użata fil-bini u l-promozzjoni ta' industrija Ewropea aktar ekoloġika.

Il-kapitali Ewropea se tonora l-aktar proġetti ambizzjużi u innovattivi. Sitta minnhom se jirċievu l-Premju Ewropew għall-Enerġija Sostenibbli mogħti mill-Kummissjoni Ewropea. Wieħed mir-rebbieħa tal-2010 kien programm li ppermetta li jitnaqqas b'40 % l-konsum tal-enerġija fl-iskejjel f'Budapest.

Dawn l-isforzi kollha jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-għanijiet iffissati mill-Unjoni Ewropea għall-2020: it-tnaqqis ta' 20 % tal-emissjonijiet ta' gass b'effett serra, it-teħid ta' 20 % tal-ħtiġijiet ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli u t-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija b'20 %.

Sib avveniment viċin fejn toqgħod English

Il-Ġimgħa tal-Enerġija Sostenibbi fi Brussell English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli