Mogħdija tan-navigazzjoni

Ewropa għaqlija fl-enerġija fuq ix-xefaq - 09/03/2011

Bozza ekonomika, mixgħula © EU

Proposti ġodda tal-UE biex tingħata ħajja ġdida lill-isforzi tal-enerġija tal-2020 u sabiex sal-2050 tinħoloq ekonomija ġenwinament baxxa fil-karbonju. Dan għandu jiffranka €1,000 f'kull familja u joħloq 2 miljuni impjiegi fil-proċess.

Sforzi mill-UE biex tindirizza t-tibdil fil-klima - imma xorta tleħħaq mal-ħtiġijiet Ewropej għall-enerġija - huma parti mill-istrateġija Ewropa 2020 għat-tkabbir English .

L-istrateġija tibni fuq it-tliet miri ewlenin diġà stabbiliti għall-2020: il-qtugħ tal-emissjonijiet b'effett serra b'20%, il-kisba ta' 20% tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u tnaqqis ta' 20% fl-użu tal-enerġija.

Filwaqt li ninsabu fit-triq it-tajba fejn jidħlu l-emissjonijiet u rinnovabbiltà, l-UE qed taqa' lura fit-tnaqqis tal-enerġija. Għalhekk, il-Kummissjoni trid iżżid fl-isforzi tagħha u fl-istess ħin tistabbilixxi viżjoni fit-tul għall-bidla tal-UE f'ekonomija baxxa fil-karbonju iżda kompetittiva fl-istess ħin.

Effiċjenza fl-enerġija

Il-Pjan għall-Effiċjenza fl-Enerġija English l-ġdid - li jista' jgħin lil kull-familja tiffranka sa €1,000 fis-sena u joħloq 2 miljuni impjiegi - jinkludi sejħiet biex:

  • il-gvernijiet inaqqsu l-konsum tal-enerġija b'tal-inqas 3% tal-bini pubbliku kull sena, u biex l-effiċjenza tal-enerġija ssir kundizzjoni tal-merkanzija u s-servizzi li jixtru
  • il-kumpaniji jnaqqsu l-użu tal-enerġija fil-bini kummerċjali
  • ikun hemm tnaqqis ieħor fl-enerġija użata mill-magni fid-djar
  • ikun hemm enerġija u tisħin aktar effiċjenti
  • ikun hemm rekwiżiti tal-effiċjenza fl-enerġija tat-tagħmir industrijali
  • ikun hemm kontrolli u ġestjoni fl-enerġija għall-kumpaniji l-kbar
  • jitpoġġew arloġġi tad-dawl li jgħinu lil konsumaturi jnaqqsu l-konsum tal-enerġija u jikkalkulaw kemm qed jiffrankaw

Il-Kummissjoni se tipproponi liġijiet fuq dawn il-miżuri fix-xhur li ġejjin.

Ekonomija b'karbonju baxx

Il-pjan direzzjonali English jippreżenta metodi mhux għoljin li bihom l-UE tista' tkompli tnaqqas l-emissjonijiet b'effett serra - għal 5-20% biss tal-livelli tal-1990 sal-2050 - u xorta ssir aktar kompetittiva.

Il-pjan jirrikjedi investiment ta' €270 biljun aktar fis sena f'dawk li huma teknoloġiji ambjentali u trasport, infrastruttura bħall-kejbils tal-elettriku intelliġenti u l-ħarsien ambjentali. Dan apparti l-investiment attwali totali ta' 19% mill-prodott gross domestiku tal-UE.

Il-flus żejda għandhom jiġu rkuprati permezz ta' ffrankar ta' bejn €175 u 320 biljun fis-sena mit-tnaqqis tal-importazzjonijiet taż-żejt u l-gass.

Aktar dwar it-tibdil fil-klima u l-effiċjenza tal-enerġija English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli